Snap Spotlight Submission and Revenue Terms Updates

Aġġornamenti għat-Termini Rigward Sottomissjoniet u Dħul ta' Flus fuq Spotlight ta' Snap


Fis-seħħ mil: L-1 ta' Jannar 2024

Qed nagħmlu xi bidliet fit- Termini Rigward Sottomissjoniet u Dħul ta' Flus fuq Spotlight ta' Snap (“Termini”) li se jidħlu fis-seħħ minn din id-data li hi “Effettiva” imsemmija hawn fuq.  Il-verżjoni ta' qabel tat-Termini, li se jibqgħu fis-seħħ sad-Data Effettiva, huma aċċessibbli hawn.  Jekk jogħġbok irrevedi t-Termini aġġornati u aqra sew il-bidliet li saru li huma l-iktar importanti għalik.  Għall-konvenjenza tiegħek, hawn taħt tista' se ssib dawk il-bidliet li jafu jkunu l-iktar importanti għalik:    

  • Qed nagħmlu xi modifikazzjonijiet dwar l-eliġibilità rigward il-kriterji ta' Snap Eliġibili. Żidna (i) l-Limiti tal-Wiri għal 10,000 utenti totali u uniċi li jkunu fetħu u raw il-vidjos u (ii) naqqasna l-numru ta' jiem li matulhom jeħtieġlek tibgħat mill-inqas għaxar Snapijiet għal 5 t'ijiem. Dawn il-bidliet probabli se jkollhom impatt fuq l-eliġibbilità tiegħek għall-ħlas u jistgħu jaffettwaw kemm il-frekwenza u anke l-ammont li tistgħa tkun eliġibbli biex tirċievi. Jekk jogħġbok irrevedi t-Taqsima aġġornata dwar l-“Eliġibbiltà għall-Ħlasijiet ta' Spotlight” għal l-iktar informazzjoni.

Jekk tixtieq taqbel ma' dawn il-bidliet, jekk jogħġbok agħfas fuq “Okay” meta Snapchat tigwidak tagħmel hekk jew fl-app jew minn fuq is-sit (kif applikabbli) biex taqbel mat- Termini aġġornati. Jekk ma tixtieqx taqbel ma' xi waħda mill-bidliet fit- Termini aġġornati, jeħtieġlek tieqaf tuża Spotlight qabel id-data tad-“Dħul fis-seħħ” imsemmija hawn fuq.

Bħal dejjem, jekk għandek xi mistoqsijiet, sempliċiment kkuntattjana.

Grazzi!

It-Tim ta’ Snapchat