Politika dwar Kontenut Kummerċjali ta' Snap
Fis-seħħ minn: 14 ta’ Diċembru 2023
Politika dwar Kontenut Kummerċjali ta' Snap
Fis-seħħ minn: 14 ta’ Diċembru 2023
Snapchat hija app li tinkoraġġixxi lin-nies biex jesprimu lilhom infushom, jgħixu fil-mument, jitgħallmu dwar id-dinja, u jieħdu pjaċir flimkien. Irridu li Snapchatters jieħdu pjaċir u jkunu siguri, u dawk l-għanijiet imexxu l-politiki tagħna. Din il-Politika dwar il-Kontenut Kummerċjali tapplika għal kontenut fuq il-pjattaforma Snap minbarra reklami servuti minn Snap, li hu sponsorjat minn, jippromwovi, jew jirreklama kwalunkwe ditta, prodotti, oġġetti, jew servizz (inkluż id-ditta jew in-negozju tiegħek stess), u kontenut li ġejt inċentivat biex tippubblika billi tirċievi ħlas monetarju jew rigali b'xejn.
Inti trid tikkonforma mat- Termini tas-Servizzi u Regoli tal-Komunitàta' Snap, u l-politiki l-oħra kollha ta’ Snap li jirregolaw l-użu tas-Servizzi tagħna. Nistgħu naġġornaw it-termini, il-politiki u l-linji gwida tagħna minn żmien għal żmien, allura jekk jogħġbok iċċekkjahom u rrevedihom regolarment.
Għandek tkun onest dwar id-ditti, il-prodotti u s-servizzi li l-kontenut tiegħek jippromwovi; għandek tevita kontenut li jista' jħawwad, jqarraq jew joffendi; u qatt m'għandek tikkomprometti l-privatezza tal-utenti tagħna.
Int responsabbli biex tiżgura li l-kontenut tiegħek, u kull ditta, prodott jew servizz li tirriklama huma addattati għall-iSnapchatters li għandhom 13-il sena jew iktar. Nistgħu nagħtuk l-għażla li l-kontenut tiegħek ikun disponibbli biss għall-udjenza tal-età mmirata li tixtieq. Jekk dak il-kontenut Jeħtieġ udjenza mmirata għal ċertu etajiet f'din il-politika, jew skont il-liġijiet applikabbli jew l-istandards tal-industrija tar-reġjun fejn se jintwera l-kontenut, int responsabbli biex tiżgura li l-kontenut ma jintweriex lil ċerti etajiet mhux immirati, u li tagħżel l-etajiet immirati t-tajba, u aħna mhux se ninżammu responsabbli jekk ma tagħmilx hekk. Jekk ma jkunx hemm l-għażla li turi r-riklami skont l-etajiet tal-utenti, jekk jogħġbok tippubblikax dak il-kontenut.
Kontenut kummerċjali li hu marbut ma akkomodazzjonijiet, kreditu, impjieg, jew li hu mmirat (jekk applikabbli) għal xi razza, etniċità, reliġjon jew twemmin, nazzjonalità, età, xaqliba sesswali, ġens, identità jew espressjoni tal-ġens, diżabbiltà jew kundizzjoni partikolari jew xi xorta ta' kategorija ta' nies imħarsa bil-liġi, mhux permess.
Int responsabbli wkoll li tiżgura li l-kontenut li ttella' u kull stqarrija li tagħmel ikunu skont il-liġijiet, l-istatuti, l-ordinanzi, ir-regoli. ir-regoli tal-ordni pubbliku, il-kodiċijiet tal-industrija u r-regolamenti kollha li japplikaw.
L-istqarrijiet, ċaħdiet ta' responsabbiltà u twissijijiet kollha għandhom ikunu ċari u prominenti.
Il-kontenut kummerċjali għandu jidentifika n-natura kummerċjali tal-kontenut, u kwalunkwe ditta reklamata. Jeħtieġlek ukoll tuża l-għodda tas-sħubija mħallsa ta' Snap biex timmarka dan il-kontenut, u jekk meħtieġ, għandek iżżid kull ċaħda ta' responsabbiltà jew watermark li turi li għamilt xi bidliet fl-istampa jew fid-dehra tal-kontenut kummerċjali.
Dawn huma xi eżempji ta' xenarji ta' meta jista jkollok bżonn tuża l-għodda tas-sħubija mħallsa:
Int kreatur li ttella' vidjows dwar "roller skating". Ditta tar-"roller skating" tħallsek biex int issemmi d-ditta tagħha fi Snap.
Jeħtieġlek tapplika t-tikketta “sħubija mħallsa”? Iva, għax tħallast biex tirreklama.
Id-ditta tar-"roller skating" ma tibgħatlekx flus, imma tibgħatlek par "roller skates" b'xejn (for "free") — b'talba li tagħti kummentarju dwar il-prodotti jekk għoġbuk.
Jeħtieġlek tapplika t-tikketta “sħubija mħallsa”? Iva, għax iċevejt xi ħaġa ta' valur (ir-roller skates) għall-fatt li għamilt promozzjoni.
Id-ditta tar-"roller skates" ma' tagħtikx ir-"roller skates" biex iżżommhom, imma jħalluk tissellef xi "skates" biex tużahom ghal xi vidjow, jekk taċċetta li ssemmi d-ditta jew turi l-logo tagħha ximkien fil-vidjow.
Jeħtieġlek tapplika t-tikketta “sħubija mħallsa”? Iva.
Int tixtri l-prodotti biex tagħti kummentarju dwarhom; tagħmel l-istess għall-prodotti ta' ditti oħra.
Jeħtieġlek tapplika t-tikketta “sħubija mħallsa”? Le, għax m'intix qed titħallas mid-ditta bl-ebda mod.
Int tiddisinja u tbigħ "roller skates".
Jeħtieġlek tapplika t-tikketta “sħubija mħallsa”? Iva, biex turi li int inċentivata biex tippromwovi ir-"roller skates".
Int tifhem li kontenut kummerċjali ppubblikat minnek fuq il-profil pubbliku tiegħek jista jkun disponibbli wkoll fit-taqsima Għalik ta' Snapchat u għandek tiżgura li kull stqarrija tkun addattata wkoll għal dak il-kuntest. Sabiex il-kontenut kummerċjali tiegħek jilħaq l-ikbar udjenza possibli fuq Stejjer, Spotlight, il-Mappa, jew f'sezzjonijiet oħra tal-app, l-istqarrijiet tiegħek għandhom ikunu viżibbli u addattati għal dawk il-kuntesti. Pereżempju: jekk tippubblika sitt-il Snap ta' kontenut kummerċjali, imma l-ewwel Snap biss żvelat in-natura kummerċjali tiegħek, l-ewwel Snap biss se tkun eliġibbli għall-espansjoni addizzjonali barra mill-Profil Pubbliku tiegħek.
Jekk titlob Snapchatters għall-informazzjoni personali, għandek tagħmilha ċara li int, u mhux Snap, qed tiġbor id-data, u għandek tagħmel il-politika tal-privatezza disponibbli fil-każ fejn xi informazzjoni personali qed tinġabar.
Kontenut kummerċjali ma jistax jiġbor informazzjoni dwar in-nisel razzjali jew etniku, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, dettalji dwar is-sħubija ma' unions jew dettalji dwar is-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-istorja medika.
L-informazzjoni personali għandha tinġabar u tiġi proċessata b'mod sigur.
Kontenut kummerċjali m'għandux jikser id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, ta' privatezza, ta' pubbliċità jew drittijiet legali oħra ta' kwalunkwe persuna jew entità. Jeħtieġ li jkollok id-drittijet u l-permessi kollha meħtieġa għal kull element tal-kontenut tiegħek, inkluż għal kwalunkwe użu ta' kontenut provdut minn Snap, bħal mużika, lentijiet u ġeofiltri. Tużax l-isem, ix-xebh (inkluż nies b'dehra simili), il-vuċi (inkluż vuċiijiet simili) jew karatteristiċi ta' individwu jew ditta mingħajr il-kunsens tagħhom.
Jekk taħseb li d-drittijiet tal-awtur / copyright, trademark / marka kummerċjali jew id-drittijiet ta' pubbliċità tiegħek ikunu nkisru minn kontenut kummerċjali fuq Snapchat, nistednuk tipprova tikkuntattja u tilħaq ftehim dwar dak li qed jikkonċernak tiegħek direttament mal-pubblikatur. Alternattivament, sidien id-drittijiet u l-aġenti tagħhom jistgħu jirrappurtaw il-ksur allegat tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali lil Snap hawn. Aħna nieħdu r-rapporti kollha bħal dawn bis-serjetà.
Kontenut kummerċjali m' għandux jissuġġerixxi affiljazzoni ma' jew approvazzjoni minn Snap jew il-prodotti tagħha. Dan ifisser li kontenut kummerċjali ma jista juża l-ebda trademark / marka kummerċjali li hi proprjetà ta' Snap, disinji Bitmoji jew rappreżentazzjonijiet tal-inferfaċċja tal-utenti ta' Snapchat, ħlief kif permess fil- Linji Gwida tal-Preżentazzjoni ta’ Snap jew il- Linji Gwida għall-Użu tal-Marka ta' Bitmoji. Kontenut kummerċjali lanqas m'għandu jkollu verżjonijiet immodifikati jew li jixtiebhu żżejjed ta' kwalunkwe trademark / marka kummerċjali ta' Snap.
Promozzjonijiet fuq Snapchat huma suġġetti għal Regoli tal-Promozzjonijiet ta' Snap.
Kontenut kummerċjali li jippromovi l-alkoħol la jista' jkun immirat għan-nies taħt l-età legali applikabbli tax-xorb fejn ikun qed jintwera l-kontenut, u lanqas għal-postijiet fejn it-tali kontenut mhux permess. Jeħtieġlek tuża l-għażliet għas-sejbien tal-udjenza disponibbli. Dan il-kontenut m'għandux juri użu eċċessiv jew irresponsabbli ta' alkoħol jew nies fis-sakra jew individwi li b'xi mod ieħor huma xurbana.
Kontenut kummerċjali li jippromovi servizz m'għandux ikun immirat għal ħadd taħt l-età ta' 18-il sena. Jeħtieġlek tuża l-għażliet disponibbli għas-sejbien tal-udjenza. Dan il-kontenut m'għandux ikun ta' natura sesswali sfaċċata, m'għandux isemmi servizzi ta' kumpaniji tranżazzjonali, jippromovi jew jigglorifika infedeltà, jew juri individwi li huma, jew jidhru li huma żgħar wisq biex jużaw is-servizz. Snap ma tippermettix kontenut għal servizzi ta' "dating" għal dawn il-pajjiżi msemmijien: l-Alġerija, il-Bahrain, l-Eġittu, il-Palestina, l-Iraq, il-Ġappun, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Libanu, il-Marokk, l-Oman, il-Pakistan, il-Qatar, l-Arabja Sawdita, it-Tuneżija u l-Emirati Għarab Magħquda.
Kontenut kummerċjali li jippromovi prodotti u servizzi biex titlef il-piż m'għandux ikun immirat għal ħadd taħt l-età ta' 18-il sena. Jeħtieġlek tuża l-għażliet disponibbli għas-sejbien tal-udjenza. Tali kontenut m'għandux ikun fih wegħdiet foloz jew desrizzjonijiet inkorretti għall-prodotti tal-ikel, fosthom wegħdiet marbuta mas-saħħa u n-nutrizzjoni.
Kontenut kummerċjali li jippromovi servizzi tal-logħob tal-azzard m'għandux ikun immirat għal ħadd taħt l-età legali tal-logħob tal-azzard applikabbli għall-pajjiż fejn il-kontenut ikun qed jiġi ppreżentat, jew għall-postijiet fejn tali kontenut mhux permess. Jeħtieġlek tuża l-għażliet disponibbli għas-sejbien tal-udjenza.
Kontenut kummerċjali li jippromovi ċerti prodotti finanzarji kumplikati, li jistgħu jinkludu kartieri tal-kriptomuniti u pjattaformi ta' negozjar, m'għandux ikun immirat għal ħadd taħt l-età legal applikabbli għall-pajjiż fejn il-kontenut ikun qed jiġi ppreżentat jew għall-postijiet fejn tali kontenut mhux permess. Jeħtieġlek tuża l-għażliet disponibbli għas-sejbien tal-udjenza.
Kontenut kummerċjali li jippromovi prodotti u servizzi farmaċewtiċi, fosthom spiżeriji fuq l-internet, mediċini bir-riċetta, mediċini ta' bla riċetta, prodotti għas-saħħa u għad-dieta, kondoms, kontraċettivi ormonali jew operazzjonijiet/proċeduri kożmetiċi m'għandux ikun immirat għal ħadd taħt l-età legal applikabbli għall-pajjiż fejn il-kontenut ikun qed jiġi ppreżentat jew għall-postijiet fejn tali kontenut mhux permess. Jeħtieġlek tuża l-għażliet disponibbli għas-sejbien tal-udjenza.
Kontenut kummerċjali li huwa relatat ma' dan li ġej mhux permess:
Kontenut relatat ma' kandidati jew partiti elettorali għal xi xorta ta' post fil-gvern, miżuri ta' votazzjoni jew referenda, ma' kumitati għal azzjoni politika, u kontenut li jħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw jew jirreġistraw biex jivvutaw.
Kontenut jew promozzjoni għall-attiviżmu dwar kwistjonijiet jew għaqdiet li huma is-suġġett ta' dibattiti fuq livell lokali, nazzjonali jew globali, jew ta' importanza pubblika. Eżempji jinkludu: kontenut dwar l-abort, l-immigrazzjoni, l-ambjent, l-edukazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-armi.
Snapchatters għandhom il-libertà li jesprimu l-opinjonijiet politiċi personali tagħhom, imma Snap tipprojbixxi il-promozzjoni mħallsa ta' messaġġi politiċi li jintwerew fil-format ta' reklami. Dan isir biex inkunu responsabbli lejn il-komunità tagħna u biex nibqgħu trasparenti. Għal iktar dettalji dwar ir-riklami politiċi, jekk jogħġbok aqra il-Politiki Dwar ir-Reklamar tagħna.
Jekk jogħġbok iffamiljarizza lilek nnifsek mar- Regoli tal-Komunità tagħna, li huma l-istandard bażi għall-kontenut kollu fuq Snapchat, inkluż il-kontenut kummerċjali. Fil-kuntest tal-kontenut kummerċjali, aħna addizzjonalment nipprojbixxu:
Solleċitazzjoni sesswali ta' kull tip
Rappreżentazzjonijiet jew deskrizzjonijiet grafiċi ta' ġenitali fi kwalunkwe kuntest, bżieżel esposti jew warrani mikxuf, jew nudità parzjalment oskurata (eż., persuna li hi għarwiena ħlief għal żebgħa tal-ġisem jew emojis)
Rappreżentazzjonijiet ta', jew referenzi għal atti sesswali speċifiċi, fi kwalunkwe kuntest. Dan jinkludi sinjali li jimitaw att sesswali speċifiku, bi jew mingħajr props
Servizzi ta’ dating li jenfasizzaw laqgħat sesswali superfiċjali
Divertiment għall-adulti (eż., pornografija, live streams sesswali, strip clubs, burlesque)
Materjal sesswali li ttieħed mingħajr kunsens ("tabloids" li jippubblikaw ritratti li ġew żvelati minkejja li kienu kunfidenzjali, privati, suġġestivi)
Rappreżentazzjonijiet ta', jew referenzi mhux iġġustifikati għal vjolenza sesswali
"Bullying" jew "shaming". Pereżempju: kontenut kummerċjali relatat mas-saħħa fiżika m'għandux iġiegħel lil ħadd iħossu inferjuri fuq il-bażi ta' tip ta’ ġisem jew id-daqs tal-ġisem.
Profanità, oxxenità u sinjali oxxeni
Tentattivi biex jintimidaw jew ibeżżgħu lil xi ħadd biex jixtri prodott jew servizz
Vjolenza grafika, tal-ħajja reali barra minn kuntest ta' aħbarijiet jew dokumentarju
Glorifikazzjoni tal-vjolenza, inkluża kwalunkwe glorifikazzjoni ta’ ħsara personali, gwerra, qtil, abbuż jew abbuż fuq l-annimali
Rappreżentazzjonijiet inkwetanti u grafiċi ta’ ħsara serja fuq il-ġisem li tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment estensiv fit-tul.
Kontenut falz jew qarrieqi, inklużi pretensjonijiet, offerti, funzjonalità, jew prattiċi tan-negozju qarrieqa
Promozzjoni ta' oġġetti jew servizzi frawdolenti, inklużi dokumenti jew ċertifikati frawdolenti, jew prodotti frawdolenti
Il-ħolqien jew il-qsim ta' kontenut li jimita d-dehra jew il-funzjoni tal-karatteristiċi jew il-formati ta' Snapchat
Sejħiet qarrieqa għall-azzjoni, jew links ta' "bait-and-switch" għal "landing pages" li mhumiex relatati mad-ditta jew mal-kontenut li qed jiġi promoss
Cloaking, li b'xi mod ieħor jillimita l-aċċess għal "landing page", jew modifiki għall-kontenut tal-URL wara s-sottomissjoni f’tentattiv biex tiġi evitata reviżjoni
L-inkoraġġiment ta’ imġieba diżonesta (eż., kontenut kummerċjali relatat ma’ IDs foloz, plaġjariżmu, servizzi ta’ kitba ta’ esejs)
Nuqqas ta' kunsinna ta' oġġetti, jew dewmien fit-tbaħħir rappreżentat ħażin jew restrizzjonijiet ta' inventarju
Prodotti jew servizzi prinċipalment iddedikati għall-bejgħ ta' prodotti frawdolenti, bħal imitazzjonijiet ta' disinjaturi jew prodotti liċenzjati uffiċjalment
Prodotti jew servizzi b'testimonjanzi foloz ta' persuni famużi jew użu
Prodotti finanzjarji qarrieqa bħal, self ta' flus, self predatorju, pariri minn persunal intern relatati ma' prodotti jew servizzi finanzjarji, offerti ta' "get-rich-quick", skemi ta' investiment frodulenti jew offerti finanzjarji oħra qarrieqa jew li huma perfetti wisq biex ikunu reali,
Kontenut li jumilja, jiddegrada, jiddiskrimina jew juri mibegħda lejn razza, etniċità, kultura, pajjiż, twemmin, oriġini nazzjonali, età, orjentazzjoni sesswali, sess, identità jew espressjoni tal-ġeneru, diżabilità jew kundizzjoni partikolari, jew lejn kwalunkwe membru ta’ klassi protetta
L-iffaċilitar jew inkoraġġiment ta' attività illegali (imġieba, prodotti, jew stabbilimenti tan-negozji). Pereżempju:
il-promozzjoni tal-kummerċ illegali tal-annimali selvaġġi, jew prodotti u servizzi derivati minn speċi ta' annimali li l-eżistenza tagħhom hi fil-periklu jew mhedda
prodotti jew servizzi prinċipalment użati biex jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ oħrajn, bħal dawk iddisinjati biex jevitaw il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur / copyright (pereżempju, software jew descramblers tas-sinjali tal-kejbil)
L-inkoraġġiment jew tħeġġiġ ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet perikolużi jew ta' ħsara, bħal Snapping waqt is-sewqan jew l-inġestjoni ta' oġġetti li mhumiex ikel.
Ir-rappreżentazzjoni ta' użu llegali ta' droga jew użu rikreattiv ta' farmaċewtiċi.
Ir-rappreżentazzjoni tat-tipjip jew tal-vaping, ħlief fil-kuntest ta' messaġġi tas-saħħa pubblika jew tal-waqfien mit-tipjip.
Kontenut li jippromwovi l-armi u l-isplussivi u aċċessorji relatati. Dan jinkludi armi, munizzjon, logħob tan-nar, skieken tal-ġlied u "pepper spray".