Regoli tas-Servizzi Kreattivi ta' Snap

Fis-seħħ minn: 1 ta’ Jannar 2024

NOTIFIKA / AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INT MARBUT(A) BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ STIPULATI FIR- REGOLI TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI. JEKK TAGĦMEL KUNTRATT MA' SNAP INC., INT U SNAP INC. TIRRINUNZJAW GĦAL KWALUNKWE DRITT LI TIPPARTEĊIPAW F'AZZJONI TA' KAWŻA LEGALI KOLLETTIVA JEW ARBITRAĠĠ KOLLETTIV.

Introduzzjoni

Dawn ir-Regoli tas-Servizzi Kreattivi Snap jiffurmaw kuntratt legalment vinkolanti bejnek u Snap, jirregolaw l-użu tas-Servizzi tan-Negozju għall-programm ta’ servizzi kreattivi ta’ Snap (“Snap Creative Services”), u huma inkorporati fis- Self-Serve Advertising Terms. Xi regoli użati f'dawn ir-Regoli tas-Servizzi Kreattivi Snap huma definiti fir- Regoli tas-Servizzi tan-Negozju.

1. Servizzi Kreattivi ta' Snap

a. Servizzi Kreattivi ta' Snap jippermettu lil Snap jew kwalunkwe assoċjat li hu mpjegat minn Snap ("Assoċjat fil-Produzzjoni") biex juża l-kontenut li inti tipprovdi biex joħloq prodotti għalik (kull wieħed, “Deliverable”). Int u Snap se tiftehmu kollettivament bil-miktub (email hu aċċettabbli) dwar id-Deliverable, Assoċjat fil-Produzzjoni (jekk applikabbli), id-dati ta' pagamenti dovuti, u spejjeż.

b. Snap tagħtik liċenzja limitata, mhux esklussiva, mhux sottoliċenzjabbli, mhux trasferibbli, revokabbli biex tuża u turi pubblikament kull Deliverable fuq Snapchat jew fuq pjattaforma li tkun proprjetà tiegħek u operata minnek. Kull Deliverable (ħlief il-kontenut li tipprovdi), inkluż kwalunkwe titjib, modifika, jew xogħlijiet derivattivi tad-Deliverable, huma u se jibqgħu l-proprjetà unika ta’ Snap. Inti ma tistax toħloq kwalunkwe titjib, modifiki, jew xogħlijiet derivattivi billi tuża jew tinkorpora kwalunkwe Deliverable mingħajr ma tikseb l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel ta’ Snap.

c. Snap tirrappreżenta u tiggarantixxi li d-Deliverable (bl-esklużjoni ta' kwalunkwe kontenut li int provdejt) mhux se jikser jew jabbużża kwalunkwe drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u Snap għandha l-liċenzji kollha neċessarji, id-drittijiet, il-permessi, u l-approvazzjonijiet (inkluż minn kwalunkwe parti terza) biex tagħtik il-liċenzji deskritti f'dawn ir-Regoli tas-Servizzi Kreattivi ta' Snap.

Sabiex intejbu l-kwalità u prestazzjoni tad-Deliverables, Snap tista' tipprovdi l-Assoċjat tal-Produzzjoni li ħoloq id-Deliverable b'kummenti u ħsibijiet dwar kif il-funzjoni tal-prestazzjoni tad-Deliverable kienet fuq Snapchat, inkluż ir-rata ta' kumpens, ħin għal-applikazzjoni, rata ta' "shares", rata ta' kemm il-darba ġew issejvjati, medja tar-rata tal-ħinijiet imqatta' fuq il-logħob, kriterji tekniċi oħra dwar l-implimentazzjoni tat-tali' Deliverable, u kif dawn il-kriterji jintużaw meta mqabbla ma' kriterji ohra ta' Snap.

2. Verifika

Int għandek tirrevedi kull Deliverable u għandek tivverifika, tiddokumenta, u tkun responsabbil għall-fatt li l-informazzjoni kollha hi kompluta u preċiża u t-talbiet (diretti jew impliċiti) f'kull Deliverable li jikkonċerna l-prodotti, is-servizzi, u l-wegħdiet tiegħek, kif ukoll kwalunkwe pretensjoni dwar partijiet oħra. Fuq talba ta' Snap, int se tipprovdi dokumentazzjoni ta’ Snap biex tissostanzja kwalunkwe minn dawk il-pretensjonijiet. Inti se tuża d-Deliverable skont il-Liġi Applikabbli.

3. Kanċellazzjoni

Inti tista' tikkanċella Deliverable b'notifika / avviż bil-miktub lil Snap, pero' inti responsabbli għal kwalunkwe spiża akkwistata minn Snap minħabba t-tali' Deliverable.

4. Ftehim Sħiħ

Dawn ir-Regoli tas-Servizzi Kreattivi Snap jistabilixxu l-fehim u l-ftehim kollha bejnek u Snap fir-rigward tas-Servizzi Kreattivi ta’ Snap, u jieħdu post il-ftehimiet l-oħra kollha bejnek u bejn Snap fir-rigward tas-Servizzi Kreattivi ta’ Snap.

Fil-qosor: Dawn ir-regoli jirregolaw id-dispożizzjoni ta’ servizzi kreattivi minna jew minn wieħed mill-assoċjati tagħna. Aħna s-sidien tad-deliverables, iżda inti ser iżżomm il-pussess tal-kontenut li inti tipprovdi għall-inklużjoni f'deliverable. Ma tistax tagħmel bidliet fir-riżultati mingħajr il-kunsens bil-miktub tagħna u tista' tuża biss id-deliverables fuq Snapchat u l-pjattaforma tiegħek stess. Inti responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni jew informazzjoni oħra użata fir-riżultati.