Termini tal-Ħlas
Fis-seħħ minn: 25 ta’ Lulju 2023
NOTIFIKA / AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INT MARBUT/A BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ SKONT IT-TERMINI TAS-SERVIZZ TAN-NEGOZJU. JEKK QED TAGĦMEL KUNTRATT MA' SNAP INC., INT U SNAP INC. TIRRINUNZJAW GĦAL KWALUNKWE DRITT LI TIPPARTEĊIPAW F'KAWŻA TA' AZZJONI KOLLETTIVA JEW ARBITRAĠĠ FIL-KLASSI KOLLHA.
Dawn it-Termini tal-Ħlas huma ftehim b'rata legali bejnek u bejn Snap, huma fis-seħħ għall-ħlasijiet kollha marbuta mas-Servizzi għan-Negozju u huma parti mit-Termini tas-Servizzi għan-Negozju. Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi għan-Negozju qed tagħmilha ta' aġent għal entità oħra, allura dil-entità se titqies bħala r-“Reklamatur” f'dawn it-Termini tal-Ħlas. Fit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju tista' ssib it-tifsira ta' wħud mit-termini użati f'dawn it-Termini tal-Ħlas.
Fi ftit kliem: Dawn it-termini huma ftehim b'rabta legali u jgħoddu għall-ħlasijiet kollha li tħallas lil Snap għas-Servizzi għan-Negozju.
Sakemm ma nkunux għarrafniek mod ieħor, il-ħlas mitlub għal kull riklam imtella' fil-portal għas-Servizzi tan-Negozju se jinħadem biss skont il-kejl ta' Snap.
Jekk ikollok tħallas xi miżati jew taxxi jew tariffi marbuta ma' ordni li tkun għamilt mill-portal għas-Servizzi tan-Negozju, flimkien mal-valur tal-ordni Snap se tkun suġġett għall miżati, it-taxxi u t-tariffi (li kollha flimkien jissejħu “Tariffi”) u int taqbel li tħallas it-Tariffi bil-prezz fis-seħħ meta dawn it-Tariffi jkunu nħadmu. Jekk hemm xi taxxi marbuta ma' ordni (fosthom taxxi fuq il-valur miżjus jew taxxi fuq il-prodotti u s-servizzi) u int jew ir-Reklamatur tkunu suġġett għal ħlas bil-Liġi li obbigati timxu magħha u tirrappurtaw dawk it-taxxi, int u r-Reklamatur taqblu li tħallsu u tirrappurtaw dawk it-taxxi lill-awtorità tat-taxxa x-xierqa. Jekk int jew ir-Reklamatur obbligati żżommu jew tnaqqsu xi taxxi, taqblu li: (a) tħallsu lil Snap id-differenza fil-prezz biex Snap dejjem tirċievi somma netta li tagħmel tajjeb għat-Tariffi mitluba f'kull fattura; u li (b) tibgħatu mingħajr telf ta' żmien u skont ma Snap, b'mod raġjonevoli titlobkom, l-irċevuti fiskali jew il-provi l-oħra mitluba bil-Liġi fis-Seħħ biex turu li int u r-Reklamatur imxejtu mal-obbligu li żżommu jew tnaqqsu dawk it-taxxi.
Jekk qed tuża l-portal għas-Servizzi tan-Negozju f'isem ir-Reklamatur, jeħtieġlek tagħti n-numru tal-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud jew numru tat-taxxa ieħor tar-Reklamatur jekk Snap titolbok tagħmel hekk.
Fi ftit kliem: Sakemm ma nkunux għarrafniek mod ieħor, il-ħlasijiet għar-riklami kollha mtella' fuq il-portal għas-Servizzi tan-Negozju jinħadmu skont il-kejl ta' Snap. Snap tista' timpona tariffa mingħandek fuq il-miżati, it-taxxi u t-tariffi kollha li obbligat/a tħallas. Int u kull Reklamatur jeħtiġilkom timxu ma' kull liġi marbuta mal-ħlas u mad-denunzja tat-taxxi. Jekk int jew xi Reklamatur jeħtiġilkom iżżommu jew tnaqqsu t-taxxa, lil Snap se tħallsuha s-somma murija fuq il-fatturi u mbagħad għandkom tibagħtu l-irċevuti fiskali u l-provi l-oħra kollha meħtieġa bil-liġi lil Snap.
a. Int tagħti permess lil Snap u l-affiljati tagħha jiksbu d-dettalji dwar l-istorja tal-kreditu tiegħek u tar-Reklamatur minn mill-inqas waħda mill-aġenziji li tiġbor l-istejjer tal-kreditu. Meta trid u minn jeddha, Snap tista' tagħti, tibdel jew tneħħi l-limitu tal-kreditu li tkun tat lilek u lir-Reklamatur tiegħek. Jekk ifeġġ jew jikber il-kreditu li ddejjen lilek jew lir-Reklamatur tiegħek, Snap tista' titolbok ħlas għal kull ħaġa li tordna mill-portal tas-Servizzi għan-Negozju bil-quddiem jew tista' ma tħallikx tixtri iktar servizzi mill-portal tas-Servizzi għan-Negozju.
b. Fattura. Jekk tagħżel li tuża s-Servizzi għan-Negozju b'xi kreditu, skont il-limiti mogħtija lilek minn Snap, Snap se tibgħatlek fattura biex tħallas it-Tariffi kollha. Int taqbel li tħallas it-Tariffi kollha fi żmien ta' 30 jum mid-data li tinħareġ il-fattura.
ċ. Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum. Jekk tagħżel li tqiegħed il-flus fil-Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum ħalli tużahom biex tixtri r-reklami fil-ġejjieni, sakemm il-liġi fis-seħħ ma tgħidx xorta oħra, dawk il-flus ma jingħatawx lura. Wara li żżid il-flus u tagħżel meta tibda turi r-reklami tiegħek, Snap se tiġbor it-Tariffi mill-Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum tiegħek malli dawn ir-riklami jibdew jintwerew. Wara li l-flus li tkun qgħedt fil-Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum tiegħek jispiċċaw, qabel terġa' żżid biżżejjed flus fil-Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum tiegħek, ir-riklami tiegħek mhux se jibqgħu jintwerew. Mhux se tkun tista' tibdel il-metodu tal-ħlas tal-kont tar-reklami jekk tkun ħloqt dak il-kont tar-reklami bħala Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum.
d. Karta tal-Ħlas jew Metodu tal-Ħlas Ieħor. Jekk tagħżel li tħallas b'karta tal-kreditu, xi karta tal-ħlas oħra jew metodu tal-pagament differenti disponibbli fil-portal tas-Servizzi għan-Negozju, tkun qed tagħti permess lil Snap jew xi proċessur minn xi parti terza / terza tal-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħeb ma' Snap (skont il-każ) biex, meta Snap trid tkun tista' timpona tariffa fuq dawk il-flus minn dak il-metodu tal-ħlas bħala ħlas għat-Tariffi. Il-flus jistgħu jinġabru minnufih hekk kif tintbagħat l-ordni. Qabel jiġbru l-flus mill-metodu tal-ħlas li tkun tajtna, Snap jew l-proċessur ta xi parti terza / terza tal-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħeb magħha jistgħu jippruvaw jawtorizzaw il-metodu tal-ħlas tiegħek għal għadd ta' drabi. Maż-żmien Snap tista' tibdel id-dettalji tal-ħlas tiegħek billi tuża għodda għall-bidla fil-karta tal-ħlas.
Int tagħti permess lil Snap jew lill-proċessur tal-parti terza / terza tal-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħeb magħha li jaħżnu d-dettalji tal-ħlas tiegħek flimkien mal-bidliet li maż-żmien tagħmel fihom u, jekk ikun meħtieġ, li jkomplu jiġbru l-flus mill-metodu tal-ħlas tiegħek sakemm Snap twettaq l-ordni kollha li tkun għamilt fil-portal tas-Servizzi għan-Negozju.
Jekk Snap ma tiksibx il-ħlas mill-kumpanija li tkun ħariġtlek il-karta tal-ħlas, l-aġenti tagħha jew mill-metodu tal-ħlas sekondarju tiegħek, int xorta tkun obbligat/a tħallas lil Snap għall-ordnijiet kollha li tkun wettqitlek u taqbel li tħallas kull somma li għandek tħallas malli Snap jew xi aġent minn tagħha jitolbuk tagħmel hekk.
INT OBBLIGAT/A TĦALLAS IL-FLEJJES KOLLHA MITLUBA MILL-METODU TAL-ĦLAS TIEGĦEK, ANKI JEKK IKUNU NTEFQU MINGĦAJR IL-PERMESS TIEGĦEK.
e. Responsabbiltà Msensla. Jekk qed tuża l-portal tas-Servizzi għan-Negozju bħala aġent f'isem ir-Reklamatur, Snap tista' ssensel responsabbiltà legali bejnek u bejn ir-Reklamatur. Jekk jiġri hekk, Snap tista' żżommok responsabbli għat-Tariffi minħabba l-fatt li tkun ksibt xi dħul mir-Reklamatur għal kull xirja li tagħmel f'isem dak ir-Reklamatur. Ir-Reklamatur jaqbel li jagħmel tajjeb għat-Tariffi kollha li tkun ħallast f'ismu fiż-żmien imsemmi hawn fuq u int taqbel li tagħmel l-almu tiegħek biex tiġbor u tħassar it-Tariffi tar-Reklamatur fil-ħin. Jekk ir-Reklamatur ma jħallsekx parti mill-flus, Snap taqbel li żżomm lir-Reklamatur biss responsabbli għal dawk il-flus. Jekk Snap ma tirċiviex il-ħlas fil-ħin, Snap tista' titlob il-ħlas direttament mingħand ir-Reklamatur u r-Reklamatur jaqbel li minnufih iħallas dawk it-Tariffi direttament lil Snap.
Jekk Snap titolbok tagħmel hekk, jeħtieġlek tagħti konferma bil-miktub tar-rabta bejnek u bejn ir-Reklamatur bil-mod mistenni minn Snap. Din il-konferma jeħtieġ li turi: (i) jekk ir-Reklamatur ħallsekx għat-Tariffi msemmija; u (ii) li int l-aġent tar-Reklamatur u li għandek permess tuża l-portal tas-Servizzi għan-Negozju f'isem ir-Riklamatur. Mhu se jkun hemm ebda responsabbiltà msensla jekk m'intix qed tagħmilha ta' aġent awtorizzat għar-Reklamatur, anki jekk Snap issensel din ix-xorta ta' responsabbiltà.
f. Kupuni/Krediti għall-Kont. Kultant żmien Snap tista' tibgħatlek kodiċi, kreditu, kupun jew xi xorta ta' skont ieħor bil-valur u bir-regoli u r-restrizzjonijiet magħżula minn Snap. Jekk tuża skont biex tixtri xi ħaġa f'isem ir-Reklamatur mill-portal tas-Servizzi għan-Negozju, jekk il-Liġi fis-Seħħ titolbok tagħmel hekk, jeħtieġlek tiżgura li l-iskont jgħaddi għand ir-Reklamatur u li tgħarraf lir-Reklamatur b'dak l-iskont.
ġ. Ħlasijiet Mhux Imwettqa. Jekk il-metodu tal-ħlas tiegħek ma jaħdimx jew ma tħallasx fattura fil-ħin, Snap tista' tipprova tiġbor il-ħlasijiet li ma jkunux saru bil-metodi li jidhrilha li huma raġjonevoli u tista' ttemm kull ordni li jkollok qed titwettaq jew mistennija għall-ġejjieni fil-portal tas-Servizzi għan-Negozju. Int se tħallas l-ispejjeż u n-nefqiet raġjonevoli kollha li tkun daħlet għalihom Snap biex tiġbor il-ħlas tat-Tariffi li ma tħallasx fil-ħin (fosthom miżati raġjonevoli tal-avukati).
ħ. Ħlasijiet Lura. Jekk int jew Snap tikkanċellaw ordni tal-portal tas-Servizzi għan-Negozju qabel dik l-ordni tkun bdiet titwettaq, Snap se ttiek rifużjoni / rimborż għal li tkun ilħaqt għamilt għal dik l-ordni fuq il-metodu tal-ħlas li tkun ħallast minnu. Jekk il-flus ikunu f'Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum, dawn il-flus mhux se jintbagħtu lura fuq il-metodu tal-ħlas li tkun ħallast minnu imma se jinżammu bħala bilanċ tal-Kont tar-Reklami b'Bilanċ Miżmum tiegħek. Jekk int jew Snap tikkanċellaw ordni waqt li dik l-ordni tkun qed titwettaq, Snap tista' ttik lura parti mill-ħlasijiet bħala rifużjoni / rimborż għal li tkun ilħaqt għamilt għal dik l-ordni fuq il-metodu tal-ħlas li tkun ħallast minnu. B'hekk tħallas biss għall-parti tal-ordni li tkun twettqet. Il-ħlasijiet lura jistgħu jieħdu bejn 3 u 5 ijiem tax-xogħol biex jidħlulek fil-kont. Int taqbel li ir-rifużjoni / rimborż imsemmi hawn fuq hi l-uniku azzjoni korrettiva li tista' tingħata u li int obbligat/a tħallas, u li nistgħu niġbru l-flus mill-metodu tal-ħlas tiegħek, għat-Tariffi kollha marbuta mal-ordnijiet li jkunu diġà bdew jitwettqu qabel ikunu ġew ikkanċellati.
i. Abbonamenti. Għas-Servizzi għan-Negozju li jiġġeddu awtomatikament (“Abbonament”), il-ħlasijiet jinġabru hekk: (i) wara li tibgħat sottomissjoni għal-ordni tiegħek; u (ii) qabel l-abbonament jerġa' jiġġedded, sakemm ma tkunx ħassart qabel ikun imissek terġa' tħallas għall-Abbonament. Snap se tavżak bil-quddiem b'kull bidla fil-prezz li tkun se tidħol fis-seħħ meta jkun imissek terġa' tħallas għall-Abbonament. Sakemm Snap tista' tagħmel hekk skont il-Liġi fis-Seħħ u jekk tajtha permess tagħmel hekk meta bgħatt l-ordni tiegħek, Snap se tqis li tkun aċċettajt il-prezz il-ġdid jekk ma ħassartx l-Abbonament mill-portal tas-Servizzi għan-Negozju skont il-politika dwar it-tħassir fis-seħħ.
Jekk tħassar Abbonament, Snap mhux se tħallsek l-ebda flus lura li tkun ħallastha biex iġġedded l-Abbonament. Għalhekk l-ordni se tkun tista' tkompli titwettaq sakemm jagħlaq iż-żmien tal-Abbonament. Jekk Snap ma tibqax toffri s-Servizz għan-Negozju li tkun Abbonajt għalih, Snap mhux se titolbok tħallas biex iġġedded l-Abbonament għal darb'oħra.
Fi ftit kliem: Aħna nistgħu niksbu d-dettalji tal-istorja tal-kreditu tiegħek. Jekk tkun qed tixtri bi kreditu, Snap se toħroġlok u tibgħatlek fattura u jeħtieġlek tħallas din il-fattura fi żmien 30 jum minn meta tirċeviha. L-ebda flus miżmuma fil-kont tar-reklami b'bilanċ miżmum ma jistgħu jingħatawlek lura. Jekk qed tħallas bil-karta, Snap se tiġbor il-flus li għandha tieħu meta tixtieq hi. Int tagħti permess lil Snap taħżen id-dettalji tal-ħlas tiegħek u tobbliga ruħek li tħallas il-flus kollha mitluba mill-metodu tal-ħlas tiegħek. Jekk il-ħlas tiegħek ma jgħaddix, Snap tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiġbor il-flus li għandha tieħu. Jekk int jew Snap tikkanċellaw ordni qabel tiġi kkonfermata, Snap se tagħtik rifużjoni / rimborż lura. Fejn jidħlu l-abbonamenti, aħna se niġbru l-flus wara li tibgħat s-sottomissjoni u sakemm ma tkunx ħassart fil-ħin, qabel jagħlaq l-abbonament. Jekk tħassar l-abbonament tiegħek mhux se jkollok il-jedd tieħu lura rifużjoni / rimborż li tkun diġà ħallast sakemm dak l-abbonament kien għadu fis-seħħ.