Ir-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat

Fis-seħħ: 15 ta' Awwissu 2025

TAGĦRIF TAL-ARBITRAĠĠ: JEKK TGĦIX ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA JEW JEKK IN-NEGOZJU TIEGĦEK IBBAŻAT ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA, INT MARBUT/A BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC.

1. Daħla

Jekk jogħġbok aqra dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat bir-reqqa. Dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat huma ftehim b'rabta legali bejnek u bejn Snap u jgħoddu għas-sehem tiegħek fil-programm mogħti minn Snap li tħallik tistieden lil lin-nies li jafu jitħajru jużaw is-Servizzi biex joħolqu kont u Snap tagħtik premju (il-“Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonjiet ta' Snapchat”). Dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat jiġbru fihom, għax isemmu, ir-Regoli tas-Servizzi ta' Snap, ir-Regoli tal-Komunità u r-regoli, il-linji gwida u l-politiki l-oħra li jorbtu. Jekk dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat imorru kontra xi regoli oħra, dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat għandhom ikunu dawk li jorbtu. Il-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat huwa parti mis-“Servizzi” skont it-tifsira mogħtija lill-kelma mir-Regoli tas-Servizz ta' Snap

2. Introduzzjonijiet

a. Sakemm timxi ma' dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat u mal-kriterji tal-eliġibbiltà l-oħra kollha skont kif għarrafniek jew nifhmu aħna (kif jidhrilna aħna biss) (“Kriterji tal-Eliġibbiltà”), nistgħu nħalluk tieħu sehem fil-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat. Malli nagħtuk merħba fil-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat, tista' tistieden lill-utenti privati (“Mistednin”) biex joħolqu kont ta' Snapchat (“Reġistrazzjoni”). Talli tagħmel hekk, Snap tista' tagħtik premju kif għarrafniek fis-Servizzi (“Premju”). 

b. Snap se tagħtik ħolqa speċjali apposta għalik li tista' taqsamha mal-Mistednin (“Ħolqa tal-Istedina”). Dil-Ħolqa tal-Istedina għandha tintuża biss biex tistieden lill-Mistednin b'rabta mal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat.

Eliġibbiltà u Esklużjonijiet

a. Il-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat (fosthom il-firxa taż-żmien li matulha għandhom iseħħu r-Reġistrazzjonijiet) se jkun disponibbli għal firxa ta' żmien limitat kif għarrafniek fis-Servizzi (“Firxa taż-Żmien għall-Programm tal-Premjijiet”), jiddependi mid-disponibbiltà u nistgħu nagħqluh meta jidhrilna aħna. Biex tikseb Firxa taż-Żmien għall-Programm tal-Premjijiet, teħtieġ li jkollok il-Kriterji tal-Eliġibbiltà li għarrafniek dwarhom fis-Servizzi jew skont ma ssib miktub b'dawn ir-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat. (ngħidu aħna, l-għadd ta' Reġistrazzjonijiet).

b. Biex tikkwalifika għall-Firxa taż-Żmien għall-Programm tal-Premjijiet, int jew il-Mistieden tiegħek (skont il-każ) għandkom ikollkom dal-kriterji li ġejjin: (i) il-Mistieden għandu joħloq kont fuq is-Servizzi bil-Ħolqa tal-Istedina tiegħek; (ii) il-Mistieden għandu joħloq kont ta' Snapchat fiż-żmien eliġibbli kif għarrafniek fis-Servizzi. Wara ż-żmien tal-eliġibbiltà, il-Ħolqa tal-Istedina se tiskadi u mhux se tkun tista' tintuża; (iii) il-Mistieden ma jistax ikun xi ħadd li għandu kont fuq is-Servizzi jew xi ħadd li qatt kellu kont fuq is-Servizzi; (iv) għandek tkun qed toqgħod fil-pajjiż li għarrafniek bih fis-Servizzi; u (v) għandek ikollok kont ta' Snapchat mingħajr problemi u li mhux qed jiġi investigat jew li jinsab imwiddeb minn Snap minħabba ksur tar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat, tar-Regoli tal-Komunità jew ta' xi regoli jew politiki ta' Snap.

ċ. M'għandekx tagħmel dawn li ġejjin b'rabta mas-sehem tiegħek fil-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat (“Għemil Projbit”): (i) li tibgħat il-Ħolqa tal-Istedina jew xi kontenut mhux mixtieq ieħor, b'sistemi awtomatiċi jew semi-awtomatiċi lill-Mistedin; (ii) li tibgħat stediniet mhux mitluba lill-Mistednin; (iii) li tibgħat xi kontenut li jikser il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna; (iv) li tuża l-qerq jew it-tagħwiġ tal-fatti biex tikseb ir-Reġistrazzjonijiet, fosthom tgħoddija mill-ġdid qarrieqa, ħoloq moħbija fil-kitba, ħoloq li jgħawġu l-informazzjoni jew ftuħ tal-ħoloq sfurzat; (v) li bil-qerd toħloq jew tqabbad lill-oħrajn joħolqu kontijiet ta' Snapchat fosthom billi tuża l-bots jew metodi awtomatiċi jew għemil mhux magħmul mill-bniedem ieħor; (vi) li twiegħed li tħallas il-flus jew li tagħti benefiċċji oħra lill-Mistednin biex joħolqu kont fuq is-Servizzi; (vii) li tipprova tagħmilha tabirruħek Snap jew xi ħadd ieħor jew tiplika li taħdem għal Snap; (viii) li tibgħat kontenut bil-viruses, bit-trojans, bil-worms, bil-bombi tal-ħin, bil-cancelbots jew b'xi istruzzjonijiet oħra maħsuba biex jagħmlu l-ħsara, ixekklu, jieħdu kopja ta' jew ineħħu l-aċċess għal xi sistema, dejta jew informazzjoni personali; u (ix) tibgħat kontenut li jikser il-jeddijiet tal-propjetà intellettwali ta' ħaddieħor.

d. Snap tista' ma tqisx xi Reġistrazzjonijiet jekk Snap tqis, kif jidhrilha hi biss, li ma ġewx mill-Ħolqa tal-URL tiegħek jew li seħħew minħabba xi Għemil Mhux Aċċettat.

4. Firxa taż-Żmien tal-Programm tal-Premjijiet

Il-Firxiet taż-Żmien tal-Programm tal-Premjijiet m'għandhom valur fi flus u ma jistgħux jitparrtu mal-flus jew benefiċji oħra, jingħaddu, jingħataw, jingħataw bħala rigal jew jinbiegħu mill-ġdid lil xi persuna jew kont ieħor. Snap tista', skont ma jidhrilha hi biss, tillimita l-għadd ta' Firxiet taż-Żmien tal-Programm tal-Premjijiet li int eliġibbli tikseb jew tqiegħed xi limiti oħra. Wara li tibda Firxa taż-Żmien tal-Programm tal-Premjijiet, meta trid, skont ma jidhrilha hi biss, Snap tista' tneħħi jew tħassar il-Firxiet taż-Żmien tal-Programm tal-Premjijiet, fosthom jekk insibu li ksirt xi Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat jew ir-Regoli tal-Komunità.

5. Il-Programm tal-Premjijiet ta' Snapchat+

a. Biex tkun tista' tikseb Snapchat+ bħala l-premju (il-“Programm tal-Premjijiet ta' Snapchat+”), teħtieġ dal-kriterji li ġejjin: (i) m'għandekx tkun diġà abbonat/a għal Snapchat+; u (ii) jeħtieġlek tkun toqgħod ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka. 

b. Skont dar-Regoli tal-Programm tal-Premjijiet għall-Introduzzjonijiet ta' Snapchat u l-Kriterji tal-Eliġibbiltà, il-verżjoni ta' Snapchat+ li tikseb bħala Premju mhux se jkun fiha s-sħubija ta' sħabek u l-irkupru tal-istreak bla ħlas.