It-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap
Fis-seħħ minn: 25 ta’ Lulju 2023
AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INT MARBUT(A) BID-DISPOŻIZZJONITAL-ARBITRAĠĠ STIPULATA FIT-TERMINI TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI. JEKK QED TAGĦMEL KUNTRATT MA' SNAP INC., INT U SNAP INC. TIRRINUNZJAW GĦAL KWALUNKWE DRITT LI TIPPARTEĊIPAW F'KAWŻA TA' AZZJONI KOLLETTIVA JEW F'ARBITRAĠĠ KOLLETTIV WIESA'.
Dawn it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap jiffurmaw kuntratt vinkolanti legali bejnek u bejn Snap, jirregolaw l-użu tas-Servizzi tan-Negozju għall-programm ta' konverżjoni ta' Snap ("Snap Conversion"), u huma inkorporati fit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju. Xi termini li jintużaw f'dawn it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap huma definiti fit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju.
Il-Konverżjoni ta' Snap jippermetti lil Snap u lill-affiljati tiegħu jirċievu dejta, inkluż dwar azzjonijiet meħuda fuq websajts, apps jew ġewwa stores (''Dejta dwar l-Avvenimenti'' ) permezz ta' għodda Snap bħal pixels, JavaScript SDK's, APIs, jew cookies. Snap u l-affiljati tiegħu jistgħu jużaw Data dwar l-Avvvenimenti biex jipprovdu s-Servizzi, inklużi : (a) biex jipprovdi għarfien; (b) biex ittejjeb u tissupplimenta s-Servizzi ( inkluż biex tottimiżża l-effettività ta' miri u tar-riklami ta' Snap); u (c) kif permess skont il-Politika dwar il-Privatezza.
Snap mhux ser jikkondividi Dejta dwar l-Avveniment ma' partijiet terzi ħlief: (w) kif meħtieġ biex tikkonforma mal-Liġi Applikabbli; (x) jekk inti pprovdejt awtorizzazzjoni minn qabel; (y) lill-affiljati, fornituri ta' servizz, u aġenti biex jittejbu s-Servizzi; jew (z) kif inkella permess taħt dawn it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snapshat. Snap ser iżomm il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-Dejta dwar l-Avveniment billi jżomm salvagwardji li huma mfassla biex: (aa) jipproteġu s-sigurtà u l-integrità tad-Dejta dwar l-Avveniment filwaqt li dan ikun fi ħdan is-sistemi ta' Snap; u (bb) iħares kontra aċċess, użu, bdil jew żvelar aċċidentali jew mhux permess ta' Dejta dwar l-Avveniment fi ħdan is-sistemi ta' Snap. Jekk id-Dejta dwar l-Avveniment jinkludi xi dejta personali, it-Termini tad-Dejta Personali, inkluż il-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Dejta u Termini tal-Użu Limitat tad-Dejtaser japplikaw.
Ma tistax tagħmel il-Konverżjoni ta' Snap disponibbli lil kwalunkwe individwu jew entità sakemm Snapp ma jħallikx tagħmel dan permezz tas-Servizzi Kummerċjali, u f'dak il-każ, inti tirrapreżenta u tiggarantixxi li inti ser tassigura li tali individwu jew entità ser jikkonforma/tikkonforma ma' u inti ser tibqa' primarjament responsabbli għal, kwalunkwe obbligazzjonijiet assenjati ma' dak l-indiviwu jew ma' dik l-entità taħt dawn it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap. Soġġett għar-restrizzjonijiet ta' hawn fuq u fit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju, ħlief kif Snapp jista' b'mod ieħor japprova bil-miktub, inti tista' tuża' d-Dejta tas-Servizzi Kummerċjali li Snap jagħmillek disponibbli b'konnessjoni mal-Konverżjoni ta' Snal għall-użu intern tiegħek biss biex tiġġestjona l-kampanji tar-reklamar li jitwettqu permezz tas-Servizzi, jew, jekk qed tuża l-Konverżjoni ta' Snap bħala aġent għal entità oħra, biex tiġġestjoni l-kampanji ta' riklamar ta' dik l-entità mwettqa permezz tas-Servizzi.
Dawn it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap jistabbilixxu l-fehim u l-ftehim kollu bejnek u bejn Snap fir-rigward tal-Konverżjoni ta' Snap, u jieħdu post il-ftehimiet l-oħra kollha bejnek u bejn Snap rigward il-Konverżjoni ta’ Snap.
Fil-qosor: L-użu tiegħek tal-programm tal-Konverżjoni ta' Snap (inkluż permezz tal-użu ta' Snap Pixel jew tal-API tal-Konverżjonijiet ta' Snap) huwa soġġett għal dawn it-termini. Sakemm aħna ntuk il-kunsens, inti ma tistax tagħmel il-Konverżjoni ta' Snap disponibbli għal xi parti terza. Id-dejta li Snap tipprovdilek b'konnessjoni mal-Konverżjoni ta' Snap hija għall-użu intern tiegħek biex timmaniġġja l-kampanji ta' reklamar tiegħek (jew tal-klijent tiegħek) biss.