JEKK JOGĦĠBOK ŻOMM F'MOĦĦOK: IL-PROGRAMM DIGITAL GOODS FOR LENSES SE JINTEMM FL-10 TA' FRAR 2025. WARA DIK ID-DATA, L-IŻVILUPPATURI MHUX SE JIBQGĦU JKUNU JISTGĦU JIPPUBBLIKAW LENTIJIET LI FIHOM PRODOTTI DIĠITALI APPOĠĠATI B'TOKENS, KIF DESKRITT FIT-TAQSIMA 2 TA' DAWN IR-REGOLI TA' SNAP DWAR L-OĠĠETTI DIĠITALI GĦAL-LENTIJIET. GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI, INKLUŻ DWAR IL-ĦLAS GĦAL KWALUNKWE ATTIVITÀ LI TIKKWALIFIKA SAL-10 TA' FRAR 2025, JEKK JOGĦĠBOK ŻUR L-APPOĠĠ TA' SNAPCHAT.
Termini tal-Lentijiet bi Prodotti Diġitali ta' Snap
Fis-seħħ minn: 1 ta’ April 2024
AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: IKTAR 'IL QUDDIEM F'DAWN IR-REGOLI SE SSIB KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ.
JEKK TGĦIX ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA JEW QED TUŻA S-SERVIZZ F'ISEM NEGOZJU BBAŻAT ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA, ĦLIEF FIL-KAŻ TA' ĊERTU TILWIM IMSEMMI FIL-KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., INT U SNAP INC. TAQBLU LI T-TILWILM TA' BEJNIETNA GĦANDU JINQATA' PERMEZZ TA' ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU SKONT IL-KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., U INT U SNAP INC. IĊĊEDU KULL JEDD LI TIEĦDU SEHEM F'KAWŻA JEW ARBITRAĠĠ BI PROĊEDIMENTI KOLLETTIVI. GĦANDEK IL-JEDD LI TAGĦŻEL LI MA TINTRABATX BL-ARBITRAĠĠ, KIF SPJEGAT F'DIK IL-KLAWŻOLA.
JEKK QED TUŻA S-SERVIZZI F'ISEM NEGOZJU BBAŻAT BARRA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA, INT U SNAP (SPJEGAT IKTAR IL-QUDDIEM) TAQBLU LI T-TILWIM TA' BEJNIETKOM JINQATA' SKONT IL-KWAŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU TAR-REGOLI TAS-SERVIZZI TA' SNAP GROUP LIMITED.
Dawn ir-Regoli għal Prodotti Diġitali għal Lentijiet (“Regoli”) jgħoddu għal: (i) meta twettaq faċilità li tħalli lill-utenti jsarrfu t-Tokens għal prodotti diġitali fil-Lentijiet maħluqa minnek (“Lentijiet bi Prodotti Diġitali”) u (ii) għas-sehem tiegħek fil-Programm Oġġetti Diġitali għal-Lentijiet (il-“Programm”) jekk eliġibbli taħt dar-Regoli. Dan il-Programm jagħti lill-iżviluppaturi eliġibbli l-opportunità li jitħallsu mingħand Snap għas-servizzi ta' ħolqien ta' Lentijiet bi Prodotti Diġitali. Il-Lentijiet bi Prodotti Diġitali u kull prodott u servizz imsemmi f'dawn ir-Regoli huma “Servizzi” skont it-tifsira mogħtija mir-Regoli tas-Servizz ta' Snap. Dawn ir-Regoli jirreferu għal, u għalhekk jiġbru fihom, ir-Regoli tas-Servizz, ir-Regoli tal-Komunità, ir-Regoli ta' Lens Studio, il-Ftehim tal-Liċenzja ta' Lens Studio, ir-Regoli tal-Bejgħ u l-Użu tat-Tokens ta' Snap, il-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat, il-Linji Gwida għall-Użu ta' Snapcode, il-Gwida għall-Iżviluppaturi tal-Prodotti Diġitali għal-Lentijiet, il-Linji Gwida għall-Pubblikazzjoni fuq Lens Studio u kull regola, politika u linja gwida oħra ta' Snap li s-Servizzi jaqgħu taħtha. Jekk jogħġbok aqra wkoll il-Politika tal-Privatezza tagħna biex tifhem kif nipproċessaw l-informazzjoni meta tuża s-Servizzi. Jekk jogħġbok aqra dar-Regoli bir-reqqa.
Dawn ir-Regoli huma kuntratt b'rabta legali bejnek (jew bejn l-għaqda tiegħek) u Snap (skont it-tifsira mogħtija lilha hawn taħt). Għal dawn ir-Regoli, “Snap” tfisser:
Snap Inc. (jekk tgħix ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka jew jekk qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka);
Snap Camera India Private Limited (jekk tgħix jew qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat ġewwa l-Indja); or
Snap Group Limited (jekk tgħix jew qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat xi mkien ieħor madwar id-dinja).
Jekk dawn ir-Regoli jmorru kontra xi regoli oħra marbuta mas-Servizz, dawn ir-Regoli se jgħoddu biss fejn jidħlu l-Lentijiet bi Prodotti Diġitali u s-sehem tiegħek fil-Program. Il-kliem b'ittri kbar li qed jintużaw u li ma ngħatawx tifsira f'dawn ir-Regoli għandhom it-tifsira mogħtija lilhom mir-regoli tas-Servizz fis-seħħ. Jekk jogħġbok stampa kopja ta' dawn ir-Regoli u żommhom hemm bħala referenza għalik.
Jekk tixtieq tissieħeb mal-Programm, u għandek ir-rekwiżiti kollha mitluba hawn taħt, int taqbel li tiżviluppa u tippubblika Lentijiet bi Prodotti Diġitali skont il- Gwida għall-Iżviluppaturi ta' Lentijiet bi Prodotti Diġitali, ir- Regoli tal-Bejgħ u l-Użu tat-Tokens ta' Snap, ir- Regoli ta' Lens Studio, u r- Regoli tal-Komunità. Il-Lentijiet li tibgħat lill-Programm se jiġu mgħarbla skont l-algoritmi tal-għarbiel u l-proċeduri tar-reviżjoni ta' Snap biex niżguraw li jimxu ma' dawn ir-Regoli u ma' kull linja gwida jew restrizzjoni msemmija fil-Gwida għall-Iżviluppaturi ta' Lentijiet bi Prodotti Diġitali. Il-Lentijiet li ma jimxux ma' dar-regoli jaf ma jkunux eliġibbli għall-Programm.
Biex tkun eliġibbli għall-Programm, jeħtieġ li jkollok kemm (i) ir-Rekwiżiti tal-Kont, kif ukoll (ii) ir-Rekwiżiti tal-Kont tal-Ħlas, kif imfisser iktar tard hawn taħt.
Rekwiżiti tal-Kont. Jeħtieġ li jkollok dawn ir-rekwiżiti kollha: (i) għandek tkun resident legali ta' Pajjiż Eliġibbli, (ii) il-Profil tiegħek f'Lens Studio għandu jkun Pubbliku, (iii) irid ikollok kont ta’ Snapchat għal mill-inqas xahar u (iv) jeħtieġ li jkollok l-inqas rekwiżiti mitluba mill- Gwida għall-Iżviluppaturi ta' Lentijiet bi Prodotti Diġitali li Snap tista' tibdel meta u kif jidhrilha (“Rekwiżiti tal-Kont”).
Rekwiżiti għall-Kont tal-Ħlas. Biex tkun tista' titħallas b'rabta mal-Programm, jeħtieġ li jkollok ukoll ir-Rekwiżiti għall-Kont tal-Ħlas (imsemmija hawn taħt f'Taqsima numru 4).
Skont ir-Regoli tal-Bejgħ u l-Użu tat-Tokens ta' Snap, l-utenti jistgħu jixtru t-Tokens u jsarrfuhom fuq Snapchat għal prodotti diġitali.
Jekk utent isarraf it-Tokens biex jikseb il-prodott(i) diġitali fil-Lenti(jiet) bi Prodotti Diġitali tiegħek (“Tisrifa”), jekk tkun qed timxi ma' dawn ir-Regoli jaf tkun eliġibbli biex titħallas (“Ħlas”) sehem mid-dħul nett. Is-somom imħallsa se jinħadmu minn Snap kif jidhrilha hi biss. Biex jitneħħa kull dubju, kull Token miksub mill-utenti bla ħlas jew bħala parti minn offerta li jissarraf fil-Lenti(jiet) tiegħek mhux se jitqies aħna u naħdmu d-dħul nett u bl-ebda mod mhu se jwassal biex tikseb xi xorta ta' ħlas. Snap għandha l-jedd li tqassam it-Tokens bla ħlas jew bħala parti minn offerta meta jidhrilha hi.
Snap se tħallsek biss wara li tkun daħħlet il-flus minn utent (li minnhom jitnaqqsu t-tariffi tat-tranżazzjonijiet miġbura minn xi app ta' ħanut ta' entità barra minn Snap) bħala pagament għal Tokens li mbagħad jissarrfu għal prodotti diġitali.
Minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab fit- Termini ta' Lens Studio, int taqbel li żżomm kwalunkwe Lentijiet bi Prodotti Diġitali disponibbli fuq l-app ta' Snapchat sakemm ma tkunx meħtieġ li tneħħiehom biex timxi ma' dawn it-Termini. Fil-każ li tkun meħtieġ li tneħħi xi lenti, għandek tgħarraf lil Snap b'din il-ħaġa u tħassar il-Lenti bi Prodotti Diġitali applikabbli. Fil-każ li tħassar il-kont ta’ Snapchat tiegħek skont it- Termini tas-Servizz ta' Snap, int tirrikonoxxi u taqbel li d-drittijiet ta' Snap fill-, u għall-, l-Assi li jinsabu fil-Lentijiet bi Prodotti Diġitali huma għal dejjem u se jibqgħu jeżistu, anki wara t-terminazzjoni, b'mod li l-utenti jkunu jistgħu jkomplu jużaw il-Lentijiet bi Prodotti Diġitali u kwalunkwe prodotti diġitali li jkunu diġà kisbu. Madankollu, tali' utenti mhux se jkunu jistgħu jkomplu jsarrfu Tokens f'dawn it-tali' Lentijiet bi Prodotti Diġitali u mhux se tkun eliġibbli biex tirċievi Ħlasijiet b'rabta ma' kwalunkwe Lentijiet bi Prodotti Diġitali li jkunu tneħħew jew li jkunu ġew ippubblikati minn kont ta’ Snapchat li jkun tħassar.
Biex tkun tista' titħallas mingħand Snap jeħtieġ li jkollok dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (“Rekwiżiti għall-Eliġibbiltà għal Kont tal-Ħlas”).
Jekk int persuna privata jeħtieġlek tkun resident legali ta' Pajjiż Eliġibbli u jeħtieġ li tkun wassalt il-Prodotti Diġitali ta' Lenti waqt li kont f'dak il-Pajjiż Eliġibbli.
Ma tistax tkun għadek taħt l-età fil-ġurisdizzjonijiet tiegħek jew jeħtieġlek tkun għalaqt it-18-il sena u ksibt il-permess(i) meħtieġa skont il-proċeduri tagħna mingħand ġenitur jew gwardjan legali tiegħek.
Jeħtieġlek tagħtina dettalji kompluti u eżatti fosthom l-isem u l-kunjom uffiċjali, id-data tat-twelid, l-indirizz tal-email u n-numru tal-mowbajl tiegħek u l-istat u l-pajjiż fejn toqgħod. (“Dettalji tal-Kuntatt”).
Int (jew il-ġenitur/gwardjan(i) legali jew il-persuna legali tiegħek, skont il-każ) jeħtieġlek toħloq u tlesti kull ħaġa meħtieġa għal kont tal-ħlas mal-pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizzata minn u msieħba ma' Snap (“Kont tal-Ħlas”). Il-Kont tal-Ħlas tiegħek għandu jkun ibbażat fl-istess Pajjiż Eliġibbli tiegħek.
Għandna l-jedd li f'isimna, f'isem l-imsieħba tagħna u f'isem il-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħba magħna, neħtiġuk tivverifika d-Dettalji tal-Kuntatt li tkun tajtna, kif ukoll jekk int taħt l-età, l-identità tal-ġenitur/gwardjan legali u l-permess jkun tak qabel tkun tista' titħallas skont dawn ir-Regoli.
Jekk tajtna permess ngħaddu l-Ħlasijiet tiegħek lill-persuna legali tiegħek skont il-proċeduri tagħna u tal-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħba magħna u awtorizzata minna, il-persuna legali jeħtieġ li tkun inħolqot, ibbażata jew li jkollha uffiċċju fil-Pajjiż Eliġibbli tiegħek.
Id-dettalji tal-kuntatt u l-informazzjoni meħtieġa l-oħra li tajt lil Snap u lill-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħba magħna u awtorizzata minna għandhom ikunu eżatti biex jekk tkun eliġibbli għal Ħlas, Snap jew il-pjattaforma tal-ħlasijiet tagħha tkun tista' tikkuntattjak u tħallsek (jew lill-ġenitur(i)/gwardjan(i) legali jew lill-persuna legali tiegħek, jekk ikun il-każ).
Il-Kont ta' Snapchat u l-Kont tal-Ħlas għandhom ikunu attivi, wettqu l-obbligi tagħhom kollha (skont ma mitlub minna u mill-pjattaforma tal-ħlas imsieħba magħna) u qed jimxu ma' dawn ir-Regoli.
Mhux se tkun eliġibbli li tikseb, u lanqas se nħallsuk, xi ħlasijiet jekk int (jew il-ġenitur(i)/gwardjan(i) legali jew il-persuna legali tiegħek, skont il-każ) ma tgħaddux mill-proċeduri biex aħna jew il-pjattaforma tal-ħlasijiet imsieħba magħna nikkonfermaw li ma nkunu qed niksru l-ebda liġi meta naħdmu miegħek. Daw il-proċeduri jitwettqu ta' sikwit u fost tfittixijiet oħra, jistgħu jiġbru fihom tiftixa biex niċċekkjaw tissemmiex fuq xi lista ta' persuni naturali jew persuni legali b'restrizzjonijiet imposti fuqhom minn xi awtorità tal-gvern fosthom l-iSpecially Designated Nationals List u l-Foreign Sanctions Evaders List tal-Istati Uniti tal-Amerka. Minbarra li se jintużaw kif spjegat f'dawn ir-Regoli, id-dettalji li tagħtina jistgħu jinqasmu ma' persuni oħra biex nivverifikaw l-identità tiegħek, niċċekkjaw li ma nkunux qed niksru ebda liġi meta naħdmu miegħek u biex inwettqu l-proċess tal-ħlas.
Mhux se tkun eliġibbli għall-ħlasijiet jekk int (i) ħaddiem/a, uffiċjal jew direttur/direttriċi ta' Snap jew il-kumpanija ta' fuqha, il-kumpaniji ta' taħtha jew il-kumpaniji msieħba magħha, (ii) entità, sussidjarja jew imsieħeb/imsieħba ta' entità tal-gvern jew membru ta' xi familja rjali jew (iii) bgħatt il-Lentijiet għall-Programm minn Kont tan-Negozju.
Jekk utent jagħżel li jsarraf, aħna se ngħarrfuk billi nibagħtulek notifika fl-app Snapchat.
Jekk timxi ma' dawn ir-Regoli, allura safejn tħallik tagħmel hekk il-liġi, int (jew il-ġenitur(i)/gwardjan(i) legali jew il-persuna legali tiegħek, skont il-każ) se tkun tista' titlob Ħlas billi tagħmel dik l-għażla mill-Profil tiegħek. Biex tkun tista' tressaq talba għal Ħlas, l-ewwel jeħtieġ li nkunu għarafnielek u tajniek mill-inqas biżżejjed Kristalli biex taqbeż l-għatba tal-Ħlas ta' mill-inqas $100 USD (“Għatba tal-Ħlas”).
JEKK JOGĦĠBOK ŻOMM F'MOĦĦOK: JEKK (A) MA JKOLLNA EBDA TRANŻAZZJONI FEJN GĦARAFNIELEK U TAJNIEK XI KRISTALLI BIEX ISSARRAFHOM FI ŻMIEN SENA, JEW (B) MA TKUNX TLABT ĦLAS KIF SUPPOST SKONT IL-PARAGRAFU PREĊEDENTI GĦAL PERJODU TA' SENTEJN, AĦNA SE NIBAGĦTULEK ĦLAS FUQ IL-KONT TAL-ĦLAS TIEGĦEK SKONT IL-KRISTALLI LI NKUNU GĦARAFNIELEK U TAJNIEK FIL-KONT TIEGĦEK GĦAT-TISRIF SA DAK IŻ-ŻMIEN, SAKEMM F'KULL KAŻ: (I) TKUN ILĦAQT L-INQAS SOMMA MEĦTIEĠA BIEX JINTBAGĦAT ĦLAS, (II) TKUN ĦLOQT KONT GĦALL-ĦLAS, (III) TKUN TAJTNA D-DETTALJI TAL-KUNTATT MEĦTIEĠA KOLLHA U KULL INFORMAZZJONI OĦRA MEĦTIEĠA BIEX NIBAGĦTULEK IL-ĦLAS, (IV) INKUNU GĦADHA MA BGĦATTNIELEKX IL-ĦLAS GĦAL DAWK IL-KRISTALLI LI NKUNU GĦARAFNIELEK U TAJNIEK GĦAT-TISRIF FIL-KONT TIEGĦEK, (V) IL-KONT TA’ SNAPCHAT U L-KONT TAL-ĦLAS TIEGĦEK MA JKUNU KISRU L-EBDA REGOLA U (VI) TKUN IMXEJT MA' DAWN IR-REGOLI U L-PROĊEDURI U R-REGOLI TAL-OPERATURI TAL-PJATTAFORMI TAL-ĦLAS TA' PARTIJIET TERZI. BISS, JEKK MA TISSODISFAX DAWN IR-REKWIŻITI KOLLHA LI HUMA MSEMMIJA HAWN FUQ, MHUX SE TIBQA' ELIĠIBBLI LI GĦALL-ĦLAS RELATAT MA' DAN IX-XORTA TA' TISRIF.
Il-ħlasijiet jistgħu jintbagħtulek minn waħda minn xi kumpanija li taqa' taħt Snap, entità msieħba ma' Snap jew xi pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizzata minn u msieħba ma' Snap li tista' tibgħat il-ħlasijiet skont dawn ir-Regoli. Snap mhix se tkun responsabbli jekk iddum biex tibgħat, ma tibgħatx jew ma tkunx tista' tibgħat il-Ħlasijiet lill-Kont tal-Ħlas tiegħek jekk ir-raġuni tkun barra mill-kontroll ta' Snap. Fost dawn ir-raġunijiet hemm in-nuqqas tiegħek li timxi ma' dawn ir-Regoli jew ir-regoli tal-Kont tal-Ħlas tiegħek. Snap mhix se tkun responsabbli jekk, għal xi raġuni barra mill-kontroll ta' Snap, xi ħadd ieħor apparti minnek (jew il-ġenitur(i)/gwardjan(i) legali jew entità tan-negozju tiegħek, skont il-każ) jitlob Ħlas għall-Kristalli li għarafnielek u tajniek għall-Tisrifa fuq il-kont ta’ Snapchat tiegħek jew jekk jittrasferixxu xi Ħlasijiet bl-informazzjoni tal-Kont tal-Ħlas tiegħek. Jekk tajt permess lil Snap tibgħat il-Ħlasijiet lil persuna legali skont il-proċedura tagħna u tal-pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizzata msieħba magħna, int tifhem u taqbel li Snap, sakemm timxi ma' dawn ir-Regoli, tista' tibgħat is-somom kollha li għandha tħallsek skont dawn ir-Regoli lil dik il-persuna legali. Il-Ħlasijiet se jintbagħtu f'dollari Amerikani imma, kif fissirna fil-Linji Gwida u l-Mistoqsijiet Komuni tal-Programm, sakemm tħallas it-tariffi tal-kambju u tat-tranżazzjoni u timxi mar-regoli tal-pjattaforma għall-ħlasijiet imsieħba magħna, int tista' tagħżel li tiġbed il-flus mill-Kont tal-Ħlas tiegħek fil-munita tal-post tiegħek. Kull somma tal-ħlas murija fl-app ta' Snapchat hija biss stima u tista' tinbidel. Is-somom aħħarin tal-Ħlasijiet se jintwerew fil-Kont tal-Ħlasijiet tiegħek.
Minbarra l-jeddijiet u l-kumpensi tagħna, nistgħu, safejn il-liġi tħallina nagħmlu hekk, mingħajr ma navżawkx minn qabel, inżommu, nikkumpensaw, naddataw jew neskludu kwalunkwe Pagament li kellna nibagħtulek skont dawn ir-Regoli jekk hemm xi suspett ta' “Attività Invalida” (skont it-tifsira mogħtija fil- Gwida għall-Iżviluppaturi tal-Prodotti Diġitali għal-Lentijiet), jekk tikser dar-Regoli, jekk inħallsuk iżżejjed bi żball, jekk l-utenti tas-Servizzi talbu ħlas lura jew reġġgħu lura xi pagament għat-Tokens li ħallasniek tagħhom fix-xhur ta' qabel, jew biex nikkumpensaw it-tali' ammonti għal kwalunkwe tariffi li għandek tħallasna b'rabta ma' kull xorta ta' ftehim ieħor.
Int tagħti garanzija li l-informazzjoni kollha li tagħti lilna, lill-kumpaniji ta' taħtna, lill-imsieħba tagħna jew lill-pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizzata hija vera u eżatta u li dejjem se żżomm din l-informazzjoni eżatta.
Int taqbel u tagħraf li int biss responsabbli għat-taxxi, għas-sisi u għat-tariffi l-oħra marbuta ma' kull Ħlas li tirċievi b'rabta mas-Servizz. Kull Ħlas mibgħut jiġbor fih it-taxxi tal-bejgħ, tal-użu, tas-sisa, tal-valur miżjud, tal-oġġetti u s-servizzi jew taxxi oħra bħalhom li obbligati nagħtuk. Jekk, skont il-liġi fis-seħħ, obbligati nnaqsu jew iżomm xi taxxi mill-Ħlasijiet li nibagħtulek, allura Snap, l-imsieħba tagħha jew il-pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizzata tagħha jistgħu jnaqqsu dawn it-taxxi mis-somma li obbligati jħallsuk u jħallsu dawn it-taxxi lill-awtorità tat-taxxa x-xierqa skont ma titlob il-liġi. Int taqbel u tifhem li l-ħlas lilek bit-tnaqqis jew il-flus miżmuma msemmija huwa l-ħlas a saldu tas-somma li għandna nħallsuk skont dawn ir-Regoli. Int se tagħti lil Snap, il-kumpaniji ta' taħtha, l-imsieħba tagħha u kull pjattaforma tal-ħlasijiet awtorizza kull formola, dokument u ċertifikat mitlub minnhom biex tgħinhom iwettqu kull obbligu marbut mad-denunzji jew iż-żamma tat-taxxa għall-Ħlasijiet li jaqgħu taħt dawn ir-Regoli.
Int tistqarr u tagħti garanzija li: (a) mhux se tiġbor, tirċievi, jew tikseb dejta minn kwalunkwe Tokens li ssarrfu f'Lentijiet bi Prodotti Diġitali ħlief biss meta ikun meħtieġ biex tipprovdi l-utent bl-aċċess għal u l-kapaċità biex isarrfu Tokens f'Lentijiet bi Prodotti Diġitali u biex timxi mal-liġijiet applikabbli li obbligat/a timxi magħhom; (b) se timxi dejjem mal- Gwida għall-Iżviluppaturi tal-Lentijiet bi Prodotti Diġitali u (ċ) jekk int resident legali ta' pajjiż ieħor minbarra l-Istati Uniti tal-Amerka, kont fiżikament tinsab barra mill-Istati Uniti tal-Amerka meta wettaqt is-Servizzi ta' żviluppar tal-Lenti(jiet) tiegħek. Id-drittijiet tiegħek taħt dawn it-Termini jintemmu awtomatikament mingħajr ma' tirċievi notifika / avviż mingħand Snap jekk tonqos milli timxi ma' dawn it-Termini. Il-kliem preċedenti m'għandux jillimita kwalunkwe stqarrijiet u garanziji oħra stabbiliti f'termini oħra applikabbli għas-Servizzi.
Int taqbel li kull informazzjoni li mhux pubblika li tagħtik Snap hija kunfidenzjali u li, sakemm ma jkollok permess ċar bil-miktub minn qabel mingħajr Snap, mhu se taqsam dik l-informazzjoni ma' ħadd iktar.
Il-privatezza tiegħek importanti għalina. Tista' taqra l-Politika tal-Privatezza tagħna biex issir taf kif nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek int meta tuża s-Servizzi tagħna.
Barra minn kwalunkwe drittijiet oħra u l-kumpensi li jista' jkollna, aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu jew intemmu t-tqassim tal-Lentijiet bi Prodotti Diġitali tiegħek, il-Programm jew kwalunkwe Servizzi oħra, jew l-aċċess tiegħek għal dawn kollha. Fil-każ li ma timxix ma' dawn it-Termini, tista' tiġi skwalifikat milli tkun eliġibbli li tirċievi kwalunkwe ammont mhux imħallas li tkun ksibt fil-kont tiegħek imma li jkunu għadhom ma ġewx trasferiti għall-Kont tal-Ħlas tiegħek. Jekk, fi kwalunkwe punt, ma taqbilx ma' xi parti minn dawn it-Termini, għandek twaqqaf il-parteċipazzjoni fil-Programm u l-użu tiegħek ta' kwalunkwe Servizzi applikabbli.
Aħna nirriżervaw id-dritt li ntemmu, nimmodifikaw, ma noffrux jew niefqu noffru jew nissapportjaw il-Programm jew kwalunkwe mis-Servizzi għal kwalunkwe raġuni, skont kif jidhrilna, mingħajr ma ngħarrfuk minn qabel jew b'responsabbiltà lejk, sal-limiti permess mil-liġijiet applikabbli. Ma nagħtu l-ebda garanzija li l-Programm jew kwalunkwe mis-Servizzi se jkunu dejjem disponibbli jew li se jkunu disponibbli f'xi waqt partikolari, jew li se nkomplu noffru l-Programm jew is-Servizzi għal xi tul ta' żmien partikolari. M' għandekx tiddependi fuq id-disponibbiltà kontinwa tal-Programm jew kwalunkwe mis-Servizzi għal kwalunkwe raġuni.
L-ebda klawżola minn dawn ir-Regoli ma tista' tintuża biex tagħti x'tifhem li hemm relazzjoni ta' sħubija, ta' aġenzija jew ta' kuntratt tax-xogħol bejnek u bejn Snap.
Kemm infakkruk li dawn ir-Regoli jiġbru fihom ir-Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc. jew ir-Regoli tas-Servizz ta' Snap Group Limited (skont liema minnhom jgħodd għalik skont il-post fejn toqgħod jew, jekk qed tuża s-Servizzi f'isem negozju, skont fejn huwa bbażat dak in-negozju). Minkejja li r-Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc. jew ir-Regoli tas-Servizz ta' Snap Group Limited (skont il-każ) kollha jgħoddu għalik, xtaqna nenfasizzaw b'mod speċjali li dawn ir-Regoli għandhom il-klawżola tal-Arbitraġġ, Ħall mill-Proċedimenti Kollettivi u Ħall minn Kawża b'Ġurija, il-klawżola tal-Għażla tal-Liġi u l-klawżola tal-Għażla tal-Qorti tar-Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc. (jekk jgħix jew qed tuża s-servizz f'isem negozju bbażat ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka) jew il-klawżola Tilwim, Ftehim, Arbitraġġ, il-klawżola tal-Għażla tal-Liġi u l-klawżola tal-Għażla tal-Qorti tar-Regoli tas-Servizz ta' Snap Group Limited (jekk tgħix jew qed tuża s-servizz f'isem negozju bbażat barra l-Istati Uniti tal-Amerka).
AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: ĦLIEF FIL-KAŻ TA' ĊERTU TILWIM IMSEMMI FIL-KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., JEKK TGĦIX ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA JEW JEKK QED TUŻA S-SERVIZZ F'ISEM NEGOZJU BBAŻAT ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA INT U SNAP TAQBLU LI T-TALBIET U T-TILWIM KOLLHA TA' BEJNIETKOM, FOSTHOM IT-TALBIET U T-TILWIM MARBUTA MAL-LIĠI, GĦANDHOM JINQATGĦU PERMEZZ TA' ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU U LI JORBOT LILL-PARTIJIET SKONT IL-PROĊEDURI TAL-ARBITRAĠĠ IMSEMMIJA FIL-KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC. U TAQBEL LI ĊĊEDI KULL JEDD LI TIEĦU SEHEM F'KAWŻA JEW ARBITRAĠĠ BI PROĊEDIMENTI KOLLETTIVI. JEKK QED TUŻA S-SERVIZZI F'ISEM NEGOZJU BBAŻAT BARRA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA, INT U SNAP GROUP LIMITED TAQBLU LI T-TILWIM TA' BEJNIETKOM JINQATA' SKONT IL-KWAŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU TAR-REGOLI TAS-SERVIZZI TA' SNAP GROUP LIMITED.
Nistgħu kull tant żmien nibdlu dawn ir-Regoli. Tista' tiċċekkja d-data "Fis-seħħ minn" li tinsab fuq nett ta' dawn ir-Regoli biex tifhem meta l-aħħar li nbidlu. Kull bidla f'dawn ir-Regoli se tidħol fis-seħħ fid-data “Fis-seħħ minn” murija hawn fuq u se tgħodd għal kull meta tuża s-Servizzi minn dak il-ħin 'il quddiem. Int taqbel li terġa' taqra dawn ir-Regoli, bil-bidliet li nkunu għamilnielhom, ta' sikwit biex dejjem tkun taf xi tgħid l-aħħar verżjoni ta' dawn ir-regoli. Meta tkompli tuża s-Servizzi wara li Regoli ġodda jkunu ġew ippubblikati, aħna nqisu li tkun qbilt mar-Regoli l-ġodda. Jeħtieġlek tieqaf tuża s-Servizzi jekk ma taqbilx mal-bidliet. Jekk xi dispożizzjoni ta' dawn ir-Regoli titqies li ma tistax titwettaq, dik id-dispożizzjoni se titneħħa u mhux se taffettwa l-validità u t-twettiq tal-bqija tad-dispożizzjonijiet.
Dawn ir-Regoli huma l-ftehim kollu milħuq bejnek u bejn Snap fejn jidħol il-Programm u jieħdu post kull kelma, fehim, ftehim jew messaġġ ieħor li ntlaħqu, ngħataw jew intbagħtu, qabel jew fl-istess waqt, bejnek u bejn Snap b'rabta mal-Programm, fosthom kull ftehim ieħor li diġà ntlaħaq bejnek u bejn Snap (sakemm ma nilħqux ftehim ieħor bil-miktub li jgħid bil-kontra). L-intestaturi tat-taqsimiet qegħdin hemm biss biex jagħmluha eħfef li taqra d-dokument u m'għandekx tqishom meta tkun qed tinterpreta dawn ir-Regoli.