If you live in the United States, you are agreeing to the Snap Inc. Lens Studio Terms found here.

If you live outside the United States, you are agreeing to the Snap Group Limited Lens Studio Terms found here.

Snap Inc. Lens Studio Terms

Fis-seħħ minn: 26 ta’ Ottubru 2018

JEKK JOGĦĠBOK INNOTA LI: FTIT IKTAR 'IL QUDDIEM F'DAWN IT-TERMINI HEMM DISOPIŻZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ. ĦLIEF GĦAL ĊERTI TIPI TA’ TWISSIJIET MSEMMIJA FL-ARBITRAĠĠ TAT-TERMINI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., INTI U SNAP INC. TAQBLU LI T-TILWIM TA' BEJNIETKOM JINQATA' B'ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU U LI INTI U SNAP INC. TIĊĦDU KULL JEDD LI TIEĦDU SEHEM F'KAWŻA JEW ARBITRAĠĠ BI PROĊEDIMENTI KOLLETTIVI.

Introduzzjoni

Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini ta' Snap Group Limited Lens Studio (“Termini”) bir-reqqa. Dawn it-Termini jiffurmaw kuntratt legalment vinkolanti bejnek (jew l-organizzazzjoni tiegħek) u Snap Group Limited ("Snap"), u jirregolaw is-sottomissjoni tiegħek ta' Lenti ("Lenti"), ikona tal-Lenti, u komponenti relatati (kollettivament, il-materjali li tissottometti huma l-"Assi") permezz ta' Lens Studio. Il-prodotti u s-servizzi msemmija f'dawn it-Termini huma “Servizzi” skont it-tifsira mogħtija lilhom mit-Termini tas-Servizz ta' Snap Inc.. Jekk tgħix ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka jew jekk qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka, dawn it-Termini jirregolaw is-sottomissjoni tiegħek. Jekk tgħix barra l-Istati Uniti tal-Amerka jew qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat barra l-Istati Uniti tal-Amerka, it-Termini ta' Snap Group Limited Lens Studio huma dawk li jgħoddu għalik

Jekk jogħġbok stampa kopja ta' dawn it-Termini u żommhom għar-referenza tiegħek. Biex tibgħat l-Assi jeħtieġlek taqbel mal-Ftehim tal-Liċenzja ta' Snap Inc. Lens Studio li jiġi ppreżentat lilek meta tniżżel jew inkella taċċessa l-Lens Studio (“Softwer tal-Lenti”). Jekk ma taqbilx ma' dawn it-Termini, la għandek tniżżel u lanqas tiftaħ is-Software tal-Lenti u lanqas m'għandek tibgħat l-Assi. Jaf nitolbuk tidħol bil-kont ta' Snapchat tiegħek biex tibgħat l-Assi.

Dawn it-Termini jinkorporaw b'referenza, it-Termini tas-Servizz ta' Snap Inc., ir-Regoli tal-Komunità, il-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat, il-Linji Gwida ta' Kif Tuża Snapcode u l-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio u għalhekk aqra kull dokument bir-reqqa. Fost affarijiet oħra dan ifisser li l-Assi li tibgħat jaqgħu taħt iċ-ċaħdiet u l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà msemmija fit-Termini tas-Servizz ta' Snap Inc. Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna wkoll biex issir taf kif nipproċessaw l-informazzjoni meta tuża s-Servizzi. Inti taqbel li nistgħu niġbru, nużaw, u naqsmu l-informazzjoni tiegħek kif deskritt f'dik il-politika u kwalunkwe aġġornament għal dik il-politika. Jekk dawn it-Termini b'xi mod ma jaqblux mat-Termini tas-Servizz ta' Snap Inc., mat-Termini tal-Komunità, mal-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat, mal-Linji Gwida ta' Kif Tuża Snapcode jew mal-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio, dawn it-Termini se jirregolaw.

Inti tafferma li għandek mill-inqas 18-il sena (jew l-età fejn titqies maġġorenni fil-post fejn tgħix) u li int kompetenti u awtorizzat li taqbel ma' u tosserva dawn it-Termini. Jekk tixtieq tibgħat xi Assi u għadek taħt l-età, teħtieġ permess ċar mingħand il-ġenituri tiegħek.

Int taqbel li l-kliem “int” u “tiegħek” kif jintużaw f'dawn ir-Regoli jgħoddu, skont il-każ, kemm għalik kif ukoll għan-negozju tiegħek.

1. Il-Liċenzja Tiegħek Lilna

Inti tagħti lil Snap u lill-affiljati tagħna liċenzja dinjija mhux esklussiva, mhux ristretta, inkondizzjonata, illimitata, trasferibbli, subliċenzjabbli, irrevokabbli, royalty-free, narkivjaw, nikkupjaw, naħżnu kopja temporanja, nikkodifikaw, naħżnu, nikkuppjaw, nirreġistraw, inbigħu, noħorġu liċenzja għal ħaddieħor, inqassmu, nibagħtu, inxandru, nissinkronizzaw, naddattaw, neditjaw, nibdlu, nuru pubblikament, inwettqu pubblikament, nippubblikaw, nippubblikaw mill-ġdid, nirriklamaw, nuru, noħolqu xogħlijiet imsejsa fuq u nużaw b'kull mod ieħor l-Assi fuq, jew b'rabta mas-Servizzi u mar-riklami, mat-tiswiq u mar-riklamar tagħhom b'kull format, mod jew mezz tax-xandir magħruf jew li jista' jinħoloq iktar 'il quddiem; b'kull teknoloġija jew tagħmir magħrufa jew li jinħolqu iktar 'il quddiem. Dil-liċenzja tiġbor fiha l-jedd li Snap u l-imsieħba tagħna jagħtu l-Assi lill-utenti ta' Snapchat u servizzi oħra, biex l-Assi jinqasmu minn dawk l-utenti u biex jerfgħu l-Assi fuq it-tagħmir tagħhom. Il-liċenzja biex l-Assi jkunu disponibbli fis-Servizzi testendi għal 90 jum wara d-data meta jintemm il-ħin tal-eżekuzzjoni tal-Lenti fuq is-Servizzi, sabiex inkunu nistgħu nwasslu Snaps li jinkludu l-Lenti. Il-liċenzja testendi b'mod perpetwu għall-għanijiet limitati ta’ reklamar, kummerċjalizzazzjoni, u promozzjoni tas-Servizzi, u għal Memorji fuq Snapchat.

Jekk iddaħħal xi isem, marka kummerċjali, xebh, ritratt, stampa, kompożizzjoni tal-użika, lirika, effetti tal-ħoss, reġistrazzjoni tal-ħoss, koreografija jew xi materjal ieħor (magħrufa bħala “Elementi Oħra”) fl-Assi, taqbel li dil-liċenzja tingħata wkoll għall-Elementi l-Oħra kollha.

Inti tirrikonoxxi li partijiet terzi jistgħu jużaw l-Assi għal skopijiet jew b'modi oħra milli kont antiċipat. Inti taqbel li użi bħal dawn jikkostitwixxu kontenut iġġenerat mill-utent li għalih la Snap u lanqas l-affiljati tagħna ma għandhom l-ebda responsabbiltà. Inti taqbel li la Snap u lanqas l-affiljati tagħna ma huma responsabbli għal xi pretensjonijiet jew telf ibbażati fuq jew li jirriżultaw minn kwalunkwe kontenut iġġenerat mill-utent, inkluż kontenut li jagħmel użu mill-Assi, kemm fis-Servizzi jew lil hinn.

Int tifhem u taqbel li Snap u l-imsieħba tagħna għandhom il-jeddijiet kollha marbuta mas-servizz Lentijiet, fosthom Lens Studio, Lens Software u kull għodda kreattiva oħra li nistgħu nagħtuk biex toħloq l-Assi (bħall-mudelli jew il-Bitmoji).

Inti taqbel li la Snap u lanqas l-affiljati tagħna ma huma taħt l-ebda obbligu li jħallsu lilek jew lil xi parti terza xi konsiderazzjoni jew kumpens għall-Assi jew kwalunkwe użu tal-Assi. Sal-limitu permissibbli mil-liġi, inti tirrinunzja b'mod irrevokabbli—jew taqbel li ma tasserixxix kontra Snap jew l-affiljati tagħna sal-punt li ma tkunx permessa rinunzja—kwalunkwe drittijiet morali jew drittijiet ekwivalenti li jista' jkollok fl-Assi madwar id-dinja.

Int tifhem u taqbel li Snap għandha l-jedd (imma mhux l-obbligu) li tgħarfek bħala l-ħallieq tal-Assi jew li l-Assi marbuta mal-kont tiegħek billi tippubblika dettalji bħal ismek, isem in-negozju tiegħek (jekk ikun il-każ), isem il-Lenti, l-isem tal-utent tal-kont ta' Snapchat jew il-laqam tiegħek fuq il-pjattaforma u l-belt, l-istat u l-pajjiż tiegħek.

3. Messaġġi Mingħandna

Nistgħu nibagħtulek notifiki elettroniċi dwar is-sottomissjoni tiegħek, dwar il-prodott Lens, jew dwar il-prodotti jew is-servizzi l-oħra tagħna, billi nużaw l-informazzjoni ta' kuntatt sottomessi minnek, jew marbuta mal-kont Snapchat tiegħek, kif applikabbli. Billi tissottometti Assi inti tagħti l-kunsens li tirċievi mingħand Snap u l-affiljati tagħna l-komunikazzjonijiet elettroniċi deskritti f'dawn it-Termini.

Int taqbel li kull xorta ta' ftehim, avviż, informazzjoni u messaġġ li nibagħtulek b'mod elettroniku jista' jitqies bil-liġi bħallikieku kien messaġġ mibgħut bil-miktub.

4. Twassil tal-Lenti

L-Assi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi magħmula disponibbli minn Snap. Aħna ma niggarantixxux il-kunsinna tal-Lenti u ma niggarantixxux li xi ħadd jagħżel li juża l-Lenti.

Wara li tibgħat l-Assi, snap tista' tagħtik kodiċi li jista' jiġi skennjat (“Snapcode”). L-użu ta' dan lis-Snapcode għandu jikkonforma mall-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat u mal-Linji Gwida dwar l-użu ta' Snapcode.

L-utenti ta' Snapchat se jingħataw l-għażla li jaċċessaw il-Lenti billi jiskennjaw l-iSnapcode jew permezz ta' mezzi oħra pprovduti minn Snap (kull wieħed, "jiftaħ"). Kwalunkwe utent ta' Snapchat jista' jiftaħ il-Lenti.

Snap tirriżerva d-dritt li tiddiżattiva l-ftuħ u tidderieġi mill-ġdid il-ftuħ, kull wieħed fid-diskrezzjoni unika ta' Snap. Snap għandha l-jedd li tiċħad jew tikkanċella Lenti meta trid, anki wara li tkun ħarġitilha Snapcode, jekk int jew il-Lenti tkunu qed tiksru t-termini jew il-linji gwida tagħna jew għal kull raġuni oħra skont ma jidhrilha hi.

Snap tista' tagħtik l-għażla li tehmeż sejħa għall-għemil mal-Lenti li meta tagħmel swipe-up tiftaħ paġna, il-ħanut tiegħek fuq is-Servizzi tan-Negozji ta' Snap jew xi kontenut ieħor. Kull sejħa għall-għemil se tkun parti mil-Assi.

Snap tista', fid-diskrezzjoni tagħha, taqsam l-informazzjoni miegħek dwar kif qed tintuża l-Lenti. Sakemm ma nagħtukx permess ċar bil-miktub, ma tistax tuża dik l-informazzjoni għal għanijiet kummerċjali.

5. Offerti

Jekk tuża l-Lentijiet jew xi parti mis-Servizzi bħala parti minn lotterija, kompetizzjoni, offerta jew promozzjoni oħra (kull waħda magħrufa bħala “Offerta”), inti unikament responsabbli għall-konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kollha kull fejn tiġi offruta l-Promozzjoni tiegħek, kif ukoll mar-Regoli tal-Promozzjonijiet tagħna. Sakemm ma naqblux espressament mod ieħor bil-miktub, la Snap u lanqas l-affiljati tagħna mhux ser ikunu sponsors jew amministraturi tal-Promozzjoni tiegħek.

6. L-Istqarrijiet u l-Garanziji Tiegħek

Minbarra l-istqarrijiet u l-garanziji li tagħti skont it-Termini tas-Servizz ta' Snap Inc., tistqarr u tagħti garanzija wkoll li (a) għandek il-jeddijiet u l-permessi meħtieġa kollha biex tagħti liċenzja għall-Assi u l-Kontenut l-Ieħor kollu li jintuża mill-Assi u li tiċħad kull jedd marbut mal-Assi u l-Kontenut l-Ieħor li jintuża mill-Assi għal Snap u l-imsieħba tagħna; (b) li l-Assi ma jiksrux it-Termini, ir-Regoli tal-Komunità jew il-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio; (ċ) li l-Assi ma jiksrux jeddijiet, ma jużawx bil-qerq u ma jikkuppjaw l-ebda kontenut li jaqa' taħt privattiva, jedd tal-awtur (fosthom il-jeddijiet tal-awtur marbuta mal-mużika bħal xi jeddijiet ta' master, sinkronizzazzjoni jew prestazzjoni pubblika), trejdmark, jeddijiet tal-privatezza drittijiet ta' pubbliċità, jew kwalunkwe dritt ieħor ta' kwalunkwe persuna jew entità; (d) inti ma assenjajtx, liċenzjajt, jew iggravajt b'xi mod ieħor l-Assi lil xi persuna jew entità oħra; (e) li għall-mużika li tuża bħala Kontenut Ieħor, ħallast u se tħallas is-somom kollha li għandek jew li jaf ikollok tħallas lil kull aġenzija tal-mużika, pubblikaturi tal-mużika, organizzazzjonijiet tal-prestazzjoni pubblika (bħal American Society of Composers, Authors and Publishers, Broadcast Music, Society of European Stage Authors and Composers, Society of Authors, Composers and Publishers of Music), mużiċisti, kompożituri u detenturi tad-drittijiet oħra bħala riżultat ta’ tali mużika tiġi sfruttata skont dawn it-Termini; (f) li l-Assi huma skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti kollha u li huma addattati għal nies minn 13-il sena 'l fuq; (ġ) li l-Assi ma jwasslu u mhu se jwasslu għal ebda malafama, bullying, ħsara jew korriment jew uġigħ psikoloġiku fuq xi ħadd ieħor; u (ħ) li kull informazzjoni li tajt lil Snap b'rabta mal-Assi u l-kontenut li bgħatt hija tajba u eżatta. Jekk Snap ittella' l-Assi fuq is-Servizzi tagħha, bl-ebda mod ma tkun qed tnaqqaslek jew tħollok mill-istqarrijiet u l-garanziji ta' dawn ir-Regoli.

Int tirrappreżenta u tiggarantixxi wkoll li (a) la int, u lanqas, jekk inti negozju, xi kumpanija affiljata, ma huma inklużi f'xi waħda mil-listi ta' partijiet ristretti miżmuma mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka -- fosthom il-lista ta' Specially Designated Nationals List u Foreign Sanctions Evaders List mill-Uffiċju ta' Kontroll ta' Assi Barranin ("OFAC") tat-Teżor tal-Istati Uniti u l-lista ta' Denied Parties List, Unverified List u Entity List tad-Dipartiment tal-Industrija u s-Sigurtà tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerka -- jew minn xi awtorità tal-gvern tal-pajjiż fejn tgħix jew twettaq il-ħidma tiegħek; (b) jekk int negozju, li l-ebda persuna naturali jew legali b'restrizzjonijiet ta' dix-xorta imposti fuqha ma għandha sjieda jew sehem fit-temxxija tan-negozju tiegħek; u (ċ) li la tinsab, la toqgħod u lanqas int inkorporat skont il-liġijiet ta' xi pajjiż li, skont l-OFAC jew sanzjonijiet oħra li obbligati nimxu magħhom, ma nistgħux ninnegozzjaw miegħu.

Jekk qed tibgħat l-Assi f'isem negozju, qed tistqarr u tagħti garanzija wkoll li qed twettaq dal-għemil f'isem in-negozju u li għandek is-setgħa torbot lin-negozju b'dawn it-Termini u li qed taqbel f'isem in-negozju li tintrabat b'dawn it-Termini.

7. Il-Garanziji Tiegħek Lejna

Minbarra l-obbligi ta' indennizz tiegħek skont ir- Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc., taqbel ukoll li, sakemm permess mill-liġi, tindenizza, tiddefendi u tħoll mir-responsabbiltà lil Snap, u l-imsieħba, id-diretturi, it-tmexxija, l-azzjonisti, il-ħaddiema, is-sidien tal-propjetà intellettwali u l-aġenti minn u kontra kull ilment, talbiet għall-kumpens, danni, telf, nefqiet, responsabbiltajiet u spejjeż (fosthom l-ispejjeż tal-avukati) minħabba, li jirriżultaw minn, jew li għandhom x'jaqsmu b'xi mod ma' (a) kif Snap jew persuni oħra jużaw l-Assi, fosthom l-Elementi l-Oħra, jekk ikun il-każ, b'rabta mas-Servizzi; (b) kif tuża s-Servizzi u l-għemil tiegħek b'rabta mas-Servizzi; (ċ) il-ksur jew il-xilja tal-ksur ta' xi liġijiet, regoli jew regolamenti b'rabta ma' kif tuża s-Servizzi jew l-għemil tiegħek b'rabta mas-Servizzi; (d) kull talba għall-kumpens b'rabta mal-fatt li l-Assi jiksru, jużaw bla permess jew jieħdu vantaġġ mhux xieraq minn xi jedd tal-awtur, marka kummerċjali, sigriet kummerċjali, jedd ta' disinn, dehra kummerċjali, privattiva, riklam, privatezza jew xi jedd ieħor ta' persuna jew entità; (e) kif tuża s-servizzi jew il-prodotti mogħtija minn persuna oħra b'rabta mas-Servizzi, anki jekk suġġeriti jew approvati minn Snap; (f) kwalunkwe frodi jew rappreżentazzjoni ħażina min-naħa tiegħek jew (ġ) kull ksur jew xilja ta' ksur ta' dawn it-Termini minnek, fosthom kwalunkwe ksur attwali jew allegat tar rappreżentazzjonijiet, il-garanziji jew l-obbligazzjonijiet tiegħek.

8. L-Ebda Relazzjoni ta' Aġenzija

Int tirrikonoxxi li l-ebda klawżola minn dawn it-Termini ma tista' tintuża biex timplika impriża konġunta, aġent prinċipali, jew relazzjoni ta' impjieg bejnek, Snap jew l-affiljati tagħna.

9. Il-Liġi li Tirregola l-Ftehim u t-Tilwim Bejnek u bejn Snap

Dawn ir-Regoli jaqgħu taħt id-dispożizzjoniiet tal-Għażla tal-Liġi u tal-Għażla tal-Qorti tar-Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc.

AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: ĦLIEF FIL-KAŻ TA' ĊERTU TILWIM IMSEMMI FID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., INT U SNAP TAQBLU LI T-TALBIET U T-TILWIM KOLLHA TA' BEJNIETKOM, FOSTHOM IT-TALBIET U T-TILWIM MARBUT MAL-LIĠI, GĦANDU JINQATA' B'ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU U LI JORBOT LIŻ-ŻEWĠ NAĦAT SKONT IL-PROĊEDURI TAL-ARBITRAĠĠ IMSEMMIJA FID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC. INT TAQBEL LI ĊĊEDI KULL JEDD LI TIEĦU SEHEM F'KAWŻA JEW ARBITRAĠĠ BI PROĊEDIMENTI KOLLETTIVI.

Jekk bgħatt l-Assi f'isem negozju, id-dispożizzjoni tal-Arbitraġġ tar-Regoli tas-Servizz ta' Snap Inc. xorta se tgħodd bid-differenza li minflok ir-Regoli tal-Arbitraġġ għall-Konsumaturi ta' AAA, se nużaw ir-Regoli tal-Arbitraġġ Kummerċjali tal-AAA.

10. Bidliet f'Dawn it-Termini

Nistgħu kull tant żmien nibdlu dawn it-Termini. Tista' tiċċekkja d-data "Fis-seħħ minn" li tinsab fuq nett ta' dawn ir-Regoli biex tifhem meta l-aħħar li nbidlu. Kwalunkwe bidla f'dawn it-Termini, se jidħlu fis-seħħ meta nippubblikaw i-Termini l-ġodda fuq is-sit tagħna. Dawn il-bidliet se jgħoddu għal kull Assi li tibgħat minn dak il-ħin 'il quddiem. Jekk tibgħat xi Assi wara li dawn it-Termini jkunu nbidlu, aħna se nqisu li qbilt mat-Termini l-ġodda. Jekk f'kwalunkwe ħin ma taqbilx ma' xi parti minn dawn it-Termini, tissottomettix Assi.

11. Termini Finali

Dawn ir-Regoli ma joħolqu jew jagħtu l-ebda jedd għall-persuni li mhux parti mill-ftehim. Jekk nagħżlu li ma nwettqux xi dispożizzjoni minn dawn it-Termini, dan m'għandux iwassal biex id-dispożizzjoni titqies miċħuda. Aħna nżommu l-jeddijiet kollha li ma tajniekx bl-iktar mod ċar. Jekk xi qorti jew arbitru bil-ġurisdizzjoni meħtieġa jqisu li xi dispożizzjoni ta' dawn it-Termini, għal xi raġuni, invalida, kontra l-liġi, nulla jew ma tistax titwettaq, dik id-dispożizzjoni għandha titqies maqtugħa għaliha mill-bqija ta' dawn it-Termini u l-fatt li mhix tajba mhux se taffetwa t-twettiq tal-bqija ta' dawn it-Termini (li se jibqgħu kollha fis-seħħ mingħajr ma jitilfu l-effett tagħhom). Il-kelma “fosthom” f'dawn it-Termini tfisser “eżempji fost oħrajn mingħajr limiti”. Meta trid u mingħajr mhi meħtieġa tgħarrfek, Snap tista' tgħaddi l-jeddijiet u l-obbligazzjonijiet li għandha skont dawn it-Termini, kollha kemm huma jew parti minnhom, lil persuna oħra. Int ma tistax tgħaddi l-jeddijiet jew l-obbligazzjonijiet tiegħek taħt dawn it-Termini jew tqabbad lil ħaddieħor jaqdi dmirijietek mingħajr il-permess bil-miktub min-naħa ta' Snap. Dawn it-Termini nkitbu bl-ilsien Ingliż u jekk it-traduzzjoni ta' dawn it-Termini ma taqbilx mal-verżjoni tal-ilsien Ingliż, il-verżjoni bl-ilsien Ingliż għandha titqies bħala t-tajba.

12. Ikkuntattjana

Snap tapprezza l-kummenti, il-mistoqsijiet, it-tħassib u s-suġġerimenti tiegħek kollha. Jekk jogħġbok ibgħat l-kummenti u l-ħsibijiet tiegħek billi żżur support.snapchat.com. Tista' wkoll tikkuntattjana bi kwalunkwe ilment jew feedback fuq dawn l-indirizzi:

Indirizz tal-posta: 3000 31st Street, Santa Monica, California 90405, l-Istati Uniti tal-Amerka

Aħna dejjem nieħdu gost nisimgħu lil-utenti tagħna. Biss tajjeb li żżomm f'moħħok li jekk tagħtina xi feedback jew suġġerimenti, aħna nistgħu nużaw l-ideat tiegħek mingħajr ma nagħtuk kumpens.

Snap Group Limited Lens Studio Terms

Tagħrif dwar l-Arbitraġġ: Jekk qed tuża s-servizzi f'isem negozju, in-negozju huwa marbut bid-diżpożizzjoni tal-Arbitraġġ li se tissemma iktar tard f'dawn it-Termini.

Introduzzjoni

Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini ta' Snap Group Limited Lens Studio (“Termini”) bir-reqqa. Dawn it-Termini jiffurmaw kuntratt legalment vinkolanti bejnek (jew l-organizzazzjoni tiegħek) u Snap Group Limited ("Snap"), u jirregolaw is-sottomissjoni tiegħek ta' Lenti ("Lenti"), ikona tal-Lenti, u komponenti relatati (kollettivament, il-materjali li tissottometti huma l-"Assi") permezz ta' Lens Studio. Il-prodotti u s-servizzi msemmija f'dawn it-Termini huma “Servizzi” skont it-tifsira mogħtija lilhom mit-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited. Jekk tgħix barra l-Istati Uniti tal-Amerka jew jekk qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat barra l-Istati Uniti tal-Amerka, dawn it-Termini jirregolaw is-sottomissjoni tiegħek. Jekk tgħix ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka jew qed tuża s-Servizzi f'isem negozju bbażat hemm, it-Termini ta' Snap Inc. Lens Studio huma dawk li jgħoddu għalik.

Jekk jogħġbok stampa kopja ta' dawn it-Termini u żommhom għar-referenza tiegħek. Biex tibgħat l-Assi jeħtieġlek taqbel mal-Ftehim tal-Liċenzja ta' Snap Group Limited Lens Studio li jiġi ppreżentat lilek meta tniżżel jew inkella taċċessa l-Lens Studio (“Softwer tal-Lenti”). Jekk ma taqbilx ma' dawn it-Termini, la għandek tniżżel u lanqas tiftaħ is-Software tal-Lenti u lanqas m'għandek tibgħat l-Assi. Jaf nitolbuk tidħol bil-kont ta' Snapchat tiegħek biex tibgħat l-Assi.

Dawn it-Termini jinkorporaw b'referenza, it-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited, ir-Regoli tal-Komunità, il-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat, il-Linji Gwida ta' Kif Tuża Snapcode u l-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio u għalhekk aqra kull dokument bir-reqqa. Fost affarijiet oħra, dan ifisser li l-Assi li tibgħat jaqgħu taħt iċ-ċaħdiet u l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà msemmija fit-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited. Jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna wkoll biex issir taf kif nipproċessaw l-informazzjoni meta tuża s-Servizzi. Inti taqbel li nistgħu niġbru, nużaw, u naqsmu l-informazzjoni tiegħek kif deskritt f'dik il-politika u kwalunkwe aġġornament għal dik il-politika. Jekk dawn it-Termini b'xi mod ma jaqblux mat-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited, mat-Termini tal-Komunità, mal-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat, mal-Linji Gwida ta' Kif Tuża Snapcode jew mal-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio, dawn it-Termini se jirregolaw.

Inti tafferma li għandek mill-inqas 18-il sena (jew l-età fejn titqies maġġorenni fil-post fejn tgħix) u li int kompetenti u awtorizzat li taqbel ma' u tosserva dawn it-Termini. Jekk tixtieq tibgħat xi Assi u għadek taħt l-età, teħtieġ permess ċar mingħand il-ġenituri tiegħek.

Int taqbel li l-kliem “int” u “tiegħek” kif jintużaw f'dawn ir-Regoli jgħoddu, skont il-każ, kemm għalik kif ukoll għan-negozju tiegħek.

1. Il-Liċenzja Tiegħek Lilna

Inti tagħti lil Snap u lill-affiljati tagħna liċenzja dinjija mhux esklussiva, mhux ristretta, inkondizzjonata, illimitata, trasferibbli, subliċenzjabbli, irrevokabbli, royalty-free, narkivjaw, nikkupjaw, naħżnu kopja temporanja, nikkodifikaw, naħżnu, nikkuppjaw, nirreġistraw, inbigħu, noħorġu liċenzja għal ħaddieħor, inqassmu, nibagħtu, inxandru, nissinkronizzaw, naddattaw, neditjaw, nibdlu, nuru pubblikament, inwettqu pubblikament, nippubblikaw, nippubblikaw mill-ġdid, nirriklamaw, nuru, noħolqu xogħlijiet imsejsa fuq u nużaw b'kull mod ieħor l-Assi fuq, jew b'rabta mas-Servizzi u mar-riklami, mat-tiswiq u mar-riklamar tagħhom b'kull format, mod jew mezz tax-xandir magħruf jew li jista' jinħoloq iktar 'il quddiem; b'kull teknoloġija jew tagħmir magħrufa jew li jinħolqu iktar 'il quddiem. Dil-liċenzja tiġbor fiha l-jedd li Snap, Snap Inc. u l-imsieħba tagħna jagħtu l-Assi lill-utenti ta' Snapchat u servizzi oħra, biex l-Assi jinqasmu minn dawk l-utenti u biex jerfgħu l-Assi fuq it-tagħmir tagħhom. Il-liċenzja biex l-Assi jkunu disponibbli fis-Servizzi testendi għal 90 jum wara d-data meta jintemm il-ħin tal-eżekuzzjoni tal-Lenti fuq is-Servizzi, sabiex inkunu nistgħu nwasslu Snaps li jinkludu l-Lenti. Il-liċenzja testendi b'mod perpetwu għall-għanijiet limitati ta’ reklamar, kummerċjalizzazzjoni, u promozzjoni tas-Servizzi, u għal Memorji fuq Snapchat.

Jekk iddaħħal xi isem, marka kummerċjali, xebh, ritratt, stampa, kompożizzjoni tal-użika, lirika, effetti tal-ħoss, reġistrazzjoni tal-ħoss, koreografija jew xi materjal ieħor (magħrufa bħala “Elementi Oħra”) fl-Assi, taqbel li dil-liċenzja tingħata wkoll għall-Elementi l-Oħra kollha.

Inti tirrikonoxxi li partijiet terzi jistgħu jużaw l-Assi għal skopijiet jew b'modi oħra milli kont antiċipat. Inti taqbel li tali użu jikkostitwixxu kontenut iġġenerat mill-utent li għalih la Snap, Snap Inc., u lanqas l-affiljati tagħna ma għandhom ebda responsabbiltà. Inti taqbel li la Snap, Snap Inc., u lanqas l-affiljati tagħna ma huma responsabbli għal xi pretensjonijiet jew telf ibbażati fuq, jew li jirriżultaw minn kwalunkwe kontenut iġġenerat mill-utent, inkluż kontenut li jagħmel użu mill-Assi, kemm fis-Servizzi jew lil hinn.

Int tifhem u taqbel li Snap, Snap Inc. u l-imsieħba tagħna għandhom il-jeddijiet kollha marbuta mas-servizz Lentijiet, fosthom Lens Studio, Lens Software u kull għodda kreattiva oħra li nistgħu nagħtuk biex toħloq l-Assi (bħall-mudelli jew il-Bitmoji).

Inti taqbel li la Snap, Snap Inc., u lanqas l-affiljati tagħna ma huma taħt l-ebda obbligu li jħallsu lilek jew lil xi parti terza xi konsiderazzjoni jew kumpens għall-Assi jew kwalunkwe użu tal-Assi. Sal-limitu permissibbli mil-liġi, inti tirrinunzja b'mod irrevokabbli—jew taqbel li ma tasserixxix kontra Snap, Snap Inc, jew l-affiljati tagħna sal-punt li ma tkunx permessa rinunzja—kwalunkwe drittijiet morali jew drittijiet ekwivalenti li jista' jkollok fl-Assi madwar id-dinja.

Int tifhem u taqbel li Snap għandha l-jedd (imma mhux l-obbligu) li tgħarfek bħala l-ħallieq tal-Assi jew li l-Assi marbuta mal-kont tiegħek billi tippubblika dettalji bħal ismek, isem in-negozju tiegħek (jekk ikun il-każ), isem il-Lenti, l-isem tal-utent tal-kont ta' Snapchat jew il-laqam tiegħek fuq il-pjattaforma u l-belt, l-istat u l-pajjiż tiegħek.

3. Messaġġi Mingħandna

Nafu nibagħtulek tagħrif elettroniku fuq id-dettalji tal-kuntatt li tkun tajtna jew dawk marbuta mal-kont ta' Snapchat tiegħek (skont il-każ) dwar il-kontenut li tkun bgħattilna, dwar is-servizz ta' Lenti jew dwar prodotti u servizzi oħra tagħna. Meta tibgħat l-Assi tkun qed taqbel li tirċievi t-tagħrif elettroniku msemmija f'dawn ir-Regoli mingħand Snap, Snap Inc. u l-imsieħba tagħna.

Int taqbel li kull xorta ta' ftehim, avviż, informazzjoni u messaġġ li nibagħtulek b'mod elettroniku jista' jitqies bil-liġi bħallikieku kien messaġġ mibgħut bil-miktub.

4. Twassil tal-Lenti

L-Assi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi magħmula disponibbli minn Snap. Aħna ma niggarantixxux il-kunsinna tal-Lenti u ma niggarantixxux li xi ħadd jagħżel li juża l-Lenti.

Wara li tibgħat l-Assi, snap tista' tagħtik kodiċi li jista' jiġi skennjat (“Snapcode”). L-użu ta' dan lis-Snapcode għandu jikkonforma mall-Linji Gwida tad-Ditta ta' Snapchat u mal-Linji Gwida dwar l-użu ta' Snapcode.

L-utenti ta' Snapchat se jingħataw l-għażla li jaċċessaw il-Lenti billi jiskennjaw l-iSnapcode jew permezz ta' mezzi oħra pprovduti minn Snap (kull wieħed, "jiftaħ"). Kwalunkwe utent ta' Snapchat jista' jiftaħ il-Lenti.

Snap tirriżerva d-dritt li tiddiżattiva l-ftuħ u tidderieġi mill-ġdid il-ftuħ, kull wieħed fid-diskrezzjoni unika ta' Snap. Snap għandha l-jedd li tiċħad jew tikkanċella Lenti meta trid, anki wara li tkun ħarġitilha Snapcode, jekk int jew il-Lenti tkunu qed tiksru t-termini jew il-linji gwida tagħna jew għal kull raġuni oħra skont ma jidhrilha hi.

Snap tista' tagħtik l-għażla li tehmeż sejħa għall-għemil mal-Lenti li meta tagħmel swipe-up tiftaħ paġna, il-ħanut tiegħek fuq is-Servizzi tan-Negozji ta' Snap jew xi kontenut ieħor. Kull sejħa għall-għemil se tkun parti mil-Assi.

Snap tista', fid-diskrezzjoni tagħha, taqsam l-informazzjoni miegħek dwar kif qed tintuża l-Lenti. Sakemm ma nagħtukx permess ċar bil-miktub, ma tistax tuża dik l-informazzjoni għal għanijiet kummerċjali.

5. Offerti

Jekk tuża l-Lentijiet jew xi parti mis-Servizzi bħala parti minn lotterija, kompetizzjoni, offerta jew xi promozzjoni oħra (kull waħda magħrufa bħala “Offerta”), int unikament responsabbli għall-konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kollha kull fejn tiġi offruta l-Promozzjoni tiegħek, kif ukoll mar-Regoli tal-Promozzjonijiet tagħna. Sakemm ma naqblux espressament bil-miktub, la Snap, Snap Inc., u lanqas l-affiljati tagħna mhux se jkunu sponsors jew amministraturi tal-Promozzjoni tiegħek

6. L-Istqarrijiet u l-Garanziji Tiegħek

Minbarra l-istqarrijiet u l-garanziji li tagħti skont it-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited, tistqarr u tagħti garanzija wkoll li (a) għandek il-jeddijiet u l-permessi meħtieġa kollha biex tagħti liċenzja għall-Assi u l-Kontenut l-Ieħor kollu li jintuża mill-Assi u li tiċħad kull jedd marbut mal-Assi u l-Kontenut l-Ieħor li jintuża mill-Assi għal Snap, Snap Inc. u l-imsieħba tagħna; (b) li l-Assi ma jiksrux it-Termini, ir-Regoli tal-Komunità jew il-Linji Gwida għall-Kontenut Mibgħut fuq Lens Studio; (ċ) li l-Assi ma jiksrux jeddijiet, ma jużawx bil-qerq u ma jikkuppjaw l-ebda kontenut li jaqa' taħt privattiva, jedd tal-awtur (fosthom il-jeddijiet tal-awtur marbuta mal-mużika bħal xi jeddijiet ta' master, sinkronizzazzjoni jew prestazzjoni pubblika), trejdmark, jeddijiet tal-privatezza drittijiet ta' pubbliċità, jew kwalunkwe dritt ieħor ta' kwalunkwe persuna jew entità; (d) inti ma assenjajtx, liċenzjajt, jew iggravajt b'xi mod ieħor l-Assi lil xi persuna jew entità oħra; (e) li għall-mużika li tuża bħala Kontenut Ieħor, ħallast u se tħallas is-somom kollha li għandek jew li jaf ikollok tħallas lil kull aġenzija tal-mużika, pubblikaturi tal-mużika, organizzazzjonijiet tal-prestazzjoni pubblika (bħal American Society of Composers, Authors and Publishers, Broadcast Music, Society of European Stage Authors and Composers, Society of Authors, Composers and Publishers of Music), mużiċisti, kompożituri u detenturi tad-drittijiet oħra bħala riżultat ta’ tali mużika tiġi sfruttata skont dawn it-Termini; (f) li l-Assi huma skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti kollha u li huma addattati għal nies minn 13-il sena 'l fuq; (ġ) li l-Assi ma jwasslu u mhu se jwasslu għal ebda malafama, bullying, ħsara jew korriment jew uġigħ psikoloġiku fuq xi ħadd ieħor; u (ħ) li kull informazzjoni li tajt lil Snap b'rabta mal-Assi u l-kontenut li bgħatt hija tajba u eżatta. Jekk Snap ittella' l-Assi fuq is-Servizzi tagħha, bl-ebda mod ma tkun qed tnaqqaslek jew tħollok mill-istqarrijiet u l-garanziji ta' dawn ir-Regoli.

Int tirrappreżenta u tiggarantixxi wkoll li la int, u lanqas, jekk int negozju, kwalunkwe kumpanija affiljata, ma huma inklużi fi kwalunkwe lista ta' partijiet ristretti miżmuma mill-Istati Uniti tal-Amerika, l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit, jew awtorità governattiva rilevanti oħra -- bħal per eżempju, il-lista ta' Ċittadini Iddeżignati b'mod Speċjali, Foreign Sanctions Evaders List, Denied Parties List, Unverified List u Entity List u l-listi konsolidati tar-Renju Unit u tal-UE ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miri ta’ sanzjonijiet finanzjarji; li inti (jekk inti negozju) m'intix proprjetà jew ikkontrollat ​​minn tali parti ristretta; u li m'intix residenti, tinsab fi, jew organizzat taħt il-liġijiet ta' kwalunkwe pajjiż li miegħu l-kummerċ huwa pprojbit mis-sanzjonijiet deskritti hawn fuq.

Jekk qed tibgħat l-Assi f'isem negozju, qed tistqarr u tagħti garanzija wkoll li qed twettaq dal-għemil f'isem in-negozju u li għandek is-setgħa torbot lin-negozju b'daen ir-Regoli u li qed taqbel f'isem in-negozju li tintrabat b'dawn ir-Regoli.

7. Il-Garanziji Tiegħek Lejna

Minbarra l-obbligi ta' indennizz tiegħek skont it-Termini tas-Servizz ta' Snap Group Limited, taqbel ukoll li, sakemm permess mill-liġi, tindenizza, tiddefendi u tħoll mir-responsabbiltà lil Snap, Sanp Inc., u l-imsieħba, id-diretturi, it-tmexxija, l-azzjonisti, il-ħaddiema, is-sidien tal-propjetà intellettwali u l-aġenti minn u kontra kull ilment, talbiet għall-kumpens, danni, telf, nefqiet, responsabbiltajiet u spejjeż (fosthom l-ispejjeż tal-avukati) minħabba, li jirriżultaw minn, jew li għandhom x'jaqsmu b'xi mod ma' (a) kif Snap jew persuni oħra jużaw l-Assi, fosthom l-Elementi l-Oħra, jekk ikun il-każ, b'rabta mas-Servizzi; (b) kif tuża s-Servizzi u l-għemil tiegħek b'rabta mas-Servizzi; (ċ) il-ksur jew il-xilja tal-ksur ta' xi liġijiet, regoli jew regolamenti b'rabta ma' kif tuża s-Servizzi jew l-għemil tiegħek b'rabta mas-Servizzi; (d) kull talba għall-kumpens b'rabta mal-fatt li l-Assi jiksru, jużaw bla permess jew jieħdu vantaġġ mhux xieraq minn xi jedd tal-awtur, marka kummerċjali, sigriet kummerċjali, jedd ta' disinn, dehra kummerċjali, privattiva, riklam, privatezza jew xi jedd ieħor ta' persuna jew entità; (e) kif tuża s-servizzi jew il-prodotti mogħtija minn persuna oħra b'rabta mas-Servizzi, anki jekk suġġeriti jew approvati minn Snap; (f) kwalunkwe frodi jew rappreżentazzjoni ħażina min-naħa tiegħek jew (ġ) kull ksur jew xilja ta' ksur ta' dawn it-Termini minnek, fosthom kwalunkwe ksur attwali jew allegat tar rappreżentazzjonijiet, il-garanziji jew l-obbligazzjonijiet tiegħek.

8. L-Ebda Relazzjoni ta' Aġenzija

Int tirrikonoxxi li l-ebda klawżola minn dawn it-Termini ma tista' tintuża biex tagħti x'tifhem li hemm relazzjoni ta' impriża konġunta, aġent prinċipali, jew relazzjoni ta' impjieg bejnek u Snap, Snap Inc., jew l-affiljati tagħna.