Organic Discovery Terms
Fis-seħħ minn: 12 ta’ Awwissu 2024
AVVIŻ TA' ARBITRAĠĠ: JEKK INT RIKLAMATUR, INT MARBUT BIL-KLAWŻOLA TAL-ARBITRAĠĠ TAR-REGOLI TAS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU. JEKK QED TAGĦMEL FTEHIM MA' SNAP INC., INT U SNAP INC. QED IĊĊEDU KULL JEDD LI TIEĦDU SEHEM FI PROĊEDIMENTI KOLLETTIVI JEW F'ARBITRAĠĠ BĦALA GRUPP.
Dawn it-Termini ta' Sjieba Organika jirregolaw l-użu tiegħek tal-karatteristika Sjieba Organika ta' Snap permezz tas-Servizzi. Dawn it-Termini ta' Sjieba Organika huma inkorporati fit-Termini tas-Servizz ta' Snap. Xi termini użati f'dawn it-Termini ta' Sjieba Organika huma definiti fit-Termini tas-Servizz ta' Snap. Jekk qed tuża s-Sjieba Organika bħala riklamatur, lis-Sjieba Organika hija “Servizz tan-Negozju” skont it-tifsira u r-regoli li ssib fit-Termini tas-Servizzi għan-Negozju.
1. Sjieba Organika
IsSjieba Organika tħalli lill-ħallieqa tal-kontenut eliġibbli biex jagħmlu l-Kontenut Pubbliku tagħhom disponibbli permezz tas-Servizzi għal min jirreklama biex isibu u jużaw dak il-kontenut bħala reklamar fuq is-Servizzi (“Kontenut Miksub mill-Ħallieqa”).
2. Kontenut Miksub mill-Ħallieqa
a. Inti taqbel li t-termini tal-liċenzja stabbiliti f'din it-Taqsima jirregolaw il-liċenzjar tal-Ħallieqa Oriġinat mill-Ħallieq bejnek u min jirreklama jew kreatur (kif applikabbli) permezz ta' Sjieba Organika biex turi dak il-kontenut bħala riklam mis-Servizzi (“Liċenzja tas-Sjieba Organika”), sakemm m'għandkomx xi ftehim ieħor li jgħodd direttament għall-istess sitwazzjoni. Jekk inti ħallieq, ladarba taqbel mat-talba ta’ min jirreklama biex juża l-Kontenut Oriġinat mill-Ħallieq tiegħek permezz ta’ Sjieba Organika, tagħti lil dak li jirreklama liċenzja limitata, irrevokabbli, libera mill-ħlas ta’ royalty, mhux trasferibbli, mhux subliċenzjabbli u mhux esklussiva lil dak li jirreklama, tirriproduċi, tesibixxi, tqassam, twettaq, turi, u b'xi mod ieħor tisfrutta tali Kontenut Oriġinat mill-Ħallieq mingħajr tibdil, inklużi kull logos, trademarks, marki ta' servizz, awdjo, mużika, stampi, ritratti, vidjow, u kontenut awdjoviżiv ieħor, nies, ismijiet, karattri u kwalunkwe materjal ieħor (kif ukoll il-handle ta' Snapchat, l-isem u t-tixbiha ta' Snapchat tiegħek) li jinsabu fihom fir-reklami ta' min jirreklama li jmexxi fuq is-Servizzi. Din il-liċenzja se testendi sakemm il-Kontenut Oriġinat mill-Ħallieq applikabbli jitneħħa mill-kont tal-Maniġer tar-Reklami ta’ min jirreklama skont il-politiki ta’ żamma tal-kontenut applikabbli u s-settings tas-Servizzi ta’ Snap.
b. Inti taqbel li: (i) se timxi mar-Regoli tal-Liċenzja li taqbel magħhom fi ftehim mar-riklamatur jew il-ħallieq u li dawk ir-Regoli tal-Liċenzja huma ftehim b'rabta legali bejn iż-żewġ naħat u Snap mhux se tkun parti minn dak il-ftehim (anki meta tuża l-Liċenzja tas-Sjieba Organika); (ii) inti tħoll lil Snap minn kull reponsabbiltà legali li jaf ikollha b'rabta mar-Regoli tal-Liċenzja jew il-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa; (iii) il-Liċenzja tas-Sjieba Organika qed tingħata kif inhi biex tħaffef il-proċess u Snap ma tagħti l-ebda garanzija għaliha, lanqas li hi tajba għall-għan li qed tingħata għalih; u (iv) meta tatek il-Liċenzja tas-Sjieba Organika, Snap ma tatek l-ebda parir legali. Ir-“Regoli tal-Liċenzja” tfisser ir-regoli, il-kuntratt jew kull xorta oħra ta' ftehim marbut mal-liċenzja maqbul bejnek u bejn ir-riklamatur jew il-ħallieq li jgħodd għal-liċenzja tal-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa li jingħatalek minn Sjieb Organika għall-għanijiet imsemmija f'dawn ir-Regoli tas-Sjieba Organika (fosthom il-Liċenzja tas-Sjieba Organika, fejn ikun il-każ).
ċ. Jekk inti riklamatur, (i) kull Kontenut Miksub mill-Ħallieqa mogħti minn ħallieq se jingħatalek direttament mill-ħallieq innifsu bħala kuntrattur indipendenti; u (ii) kif inhu għall-każ bejnek u bejn Snap, int biss responsabbli biex tqis il-Kontenut Miksub mil-Ħallieqa biex tifhem hux addattat għalik u biex tiżgura li l-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa b'rabta mas-Servizzi jimxi mat-Termini tas-Servizzi għan-Negozju.
3. Ċaħda
Inti taqbel li Snap ma jkollu l-ebda responsabbiltà marbuta mal-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa jew mat-talbiet li jistgħu jitressqu b'rabta mal-użu jew l-għoti tal-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa fosthom fejn jidħlu (a) ir-rabta tiegħek mal-utenti ta' Sjieba Organika jew l-użu jew l-għoti tal-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa b'rabta ma' dawn ir-rabtiet; (b) il-kontenut tal-Kontenut Miksub mill-Ħallieqa u (ċ) il-kejl tal-livell tat-tariffi, ta' royalties jew ta' xi ħlasijiet oħra għal-liċenzji u l-użu tal-Kontenut Miksub mal-Ħallieqa (jekk ikun hemm dax-xorta ta' ftehim) jew tal-pagamenti tagħhom.
4. Il-Ftehim Sħiħ
Dawn ir-Regoli ta' Sjieba Organika jistabbilixxu l-ftehim u l-ftehim kollu bejnek u bejn Snap fir-rigward tal-użu tiegħek ta’ Sjieba Organika u jieħu post il-ftehim kollu bejnek u bejn Snap rigward ma' Sjieba Organika.
Fi ftit kliem: Meta tingħata l-jedd li tuża (jekk int riklamatur) jew taqbel li tħalli utent ieħor tas-Servizzi juża (jekk int ħallieq) il-Kontenut Pubbliku bi Sjieba Organika bħala riklam fuq is-Servizzi, sakemm ma jkollkomx ftehim ieħor bir-regoli tal-liċenzja bejnietkom it-tnejn, tkun qed tidħol fi ftehim ġdid bejn żewġ naħat mal-utent l-ieħor li jgħodd għal kif għandu jintuża l-kontenut skont il-jeddijiet u l-permessi msemmija f'Taqsima 2.a. ta' dawn ir-Regoli ta' Sjieba Organika. Irrispettivament mit-termini ta' dak il-kuntratt ta' bejnek u bejn ir-riklamatur jew il-ħallieq, Snap mhux se tkun parti minn dak il-ftehim. Snap m'għandha l-ebda responsabbiltà b'rabta ma' dak il-kuntratt jew kif tuża jew tagħti dak il-kontenut fuq Sjieba Organika, fosthom fejn jidħol il-kontenut innifsu jew ir-rati tat-tariffi marbuta magħha u ħlasijiet oħra (jekk ikun hemm).