JEKK JOGĦĠBOK KUN AF: AĦNA AĠĠORNAJNA DAWN IT-TERMINI LOKALI LI SE JIDĦLU FIS-SEĦĦ NHAR L-1 TA' APRIL 2024. TISTA' TAQRA T-TERMINI LOKALI TA' QABEL, LI SE JGĦODDU GĦALL-UTENTI KOLLHA SAL-31 TA' MARZU 2024, MINN HAWN.
Regoli Lokali
Fis-seħħ minn: 1 ta’ April 2024
Dawn it-Termini Lokali jifformaw rabta legali bejnek u bejn Snap, huma parti mit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju u jgħoddu għalik jekk l-entità li qed tuża l-portal tas-Servizzi tan-Negozju hija bbażata f'wieħed mill-postijiet imsemmija hawn taħt. Fit-Termini tas-Servizzi tan-Negozju tista' ssib it-tifsira ta' wħud mill-kliem użati f'dawn ir-Termini Lokali.
Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għandha l-bazi tan-negozju f'wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn taħt u qed tuża s-Servizzi tan-Negozju biex toħloq u biex tieħu ħsieb il-kontenut (fosthom ir-riklami u l-katalgi), għall-ħlas, għall-programm ta' udjenza minn lista ta’ klijenti ta' Snap jew għall-programm ta' konverżjoni ta' Snap, anki jekk dik l-entità tkun qed taħdem bħala aġent għal entità oħra bbażata xi mkien ieħor, għalhekk, għall-finijiet tat-Termini għar-Riklami Maħluqa Minnek, it-Termini tal-Ħlas, it-Termini tal-Katalgi, it-Termini għas-Servizzi Kreattivi ta' Snap, it-Termini għal Udjenza Minn Lista ta’ Klijenti, it-Termini ta' Konverżjoni ta' Snap, it-Termini għad-Dejta Personali, il-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Dejta, il-Klawżoli Standard tal-Ftehim u t-Termini għas-Servizzi tan-Negozju, “Snap” tfisser l-entità msemmija hawn taħt:
Pajjiż
Entità ta' Snap
L-Awstralja
Snap Aus Pty Ltd
L-Awstrija
Snap Camera GmbH
Il-Kanada
Snap ULC
Franza
Snap Group SAS
Il-Ġermanja
Snap Camera GmbH
L-Indja
Snap Camera India Private Limited bl-indirizz rreġistrat f'Diamond Centre, Unit No 26, ħdejn Vardham Industrial Estate Vikhroli (West), Mumbai, Maharashtra l-Indja 400083
Hong Kong, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Malasja, il-Pakistan, il-Filippini, Singapore, il-Korea t'Isfel
Snap Group Limited Singapore Branch
New Zealand
Snap Aus Pty Ltd
l-Iżvizzera
Snap Camera GmbH
Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għandha l-post prinċipali tan-negozju bbażat fiċ-Ċina u qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għall-ħlasijiet, għal finijiet tat- Termini tal-Ħlas, dawn it-termini addizzjonali li jmiss japplikaw:
Skont kif inhu spjegat hawn taħt, it-Tariffi jeskludu l-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali u Żidiet fil-Prezzijiet Lokali. Int għandek tħallas u tirrapporta l-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali u ż-Żidiet fil-Prezzijiet Lokali lill-awtorità tat-taxxa xierqa Ċiniża f'isem Snap. Fuq talba ta' Snap, int għandek immedjatament tipprovdi lil Snap provi li l-ħlas maħruġa mill-awtorità tat-taxxa xierqa Ċiniża sar, inkluż provi tal-ammont tad-dħul li obbligat/a tħallas it-taxxa fuqu, l-ammont tal-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali, u l-ammont taż-Żidiet fil-Prezzijiet Lokali relatati mat-Tariffi.
M'intiex se żżomm kwalunkwe VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali jew Żidiet fil-Prezzijiet Lokali mit-Tariffi stabbiliti fil-fattura applikabbli. Jekk int jew ir-Reklamatur meħtieġa tħallsu kwalunkwe VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali jew Żidiet fil-Prezzijiet Lokali billi żżommu jew tnaqqsu minn dawn it-tali ammonti mit-Tariffi, intom tridu tħallsu lil Snap kull ammont addizzjonali meħtieġ biex Snap tirċievi l-ammont sħiħ ekwivalenti għat-Tariffi stabbilti fil-fattura applikabbli.
Għal raġunijiet ta' dawn it-Termini tal-Ħlas: (a) “VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali” tfisser il-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud (inkluż kwalunkwe multi u żidiet fil-prezz f'każ fejn il-ħlas ma sarx fil-ħin) imposti taħt il-Liġi Applikabbli fiċ-Ċina; u (b) “Żidiet fil-Prezzijiet Lokali” tfisser kwalunkwe taxxi, dwana, jew żieda fil-prezz pagabbli li tinħadem fuq l-ammont tal-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali, inkluż it-Taxxa għal-Preservazzjoni tal-Belt u tal-Kostruzzjoni, iż-Żieda fil-Prezz għall-Edukazzjoni, iż-Żieda fil-Prezz għall-Edukazzjoni Lokali u kull multa u żidiet fil-prezz f'każ fejn il-ħlas ma sarx fil-ħin.
Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju hija bbażata fi Franza, fejn jidħlu t-Termini tal-Ħlas dawn it-termini miżjuda jgħoddu flimkien ma' dawk imsemmija f'Taqsima Numru 1:
Fil-każ fejn il-ħlas ma jsirx fil-ħin, piena / sanzjoni tliet darbiet ogħla mir-rata tal-imgħax uffiċjali ta' Franza tiġi applikata għal perjodu minn dik id-data li fiha kellu jsir il-ħlas; ħlas li ma jkunx sar fil-ħin ukoll jagħti d-dritt lil Snap li somma ta' €40 titħallas bħala kumpens fiss għat-tariffi li Snap tkun għamlet biex tikkumpensa il-ħlas tiegħek.
Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għandha l-bazi tan-negozju fl-Indja u qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għall-ħlas, għalhekk, għall-finijiet tat-Termini tal-Ħlas, it-termini li ġejjin japplikaw, u jieħdu prijorità jekk hemm kunflitt jew inkonsistenza bejn it-Termini Lokali u t-Termini tal-Ħlas:
Jekk int jew Reklamatur tintalbu żżommu jew tnaqqsu xi taxxi jew tħallsu xi taxxi mnaqqsa ras il-għajn minbarra t-Tariffi, int: (a) se tkun responsabbli li tħallas dawn it-taxxi li jgħoddu għat-tranżazzjonijiet tiegħek lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Indja; u (b) tibgħat lil Snap iċ-ċertifikati tat-taxxa (Formola 16A) meħtieġa bil-Liġi Applikabbli tal-Indja fuq bażi regolari jew meta Snap, b'mod raġjonevoli titolbok, biex turi li int u r-Reklamatur wettaqtu d-dmir li żżommu jew tnaqqsu dawk it-taxxi.
Fil-qosor: l-entità ta' Snap li qed tidħol fi ftehim b'rabta legali magħha għad-dispożizzjoni tal-portal tas-Servizzi tan-Negozju hi ddeterminata skont il-lokalità fejn il-post prinċipali tan-negozju tiegħek huwa bbażat kif spjegat f'dawn it-Termini Lokali.