Regoli Lokali

Fis-seħħ minn: 1 ta’ Jannar 2024

Introduzzjoni

Dawn ir-Regoli Lokali, ftehim b'rabta legali bejnek u bejn Snap, huma parti mir-Regoli tas-Servizzi għan-Negozju u jgħoddu għalik jekk l-entità li qed tuża l-portal tas-Servizzi għan-Negozju hija bbażata f'wieħed mill-postijiet imsemmija hawn taħt. Fir-Regoli tas-Servizzi tan-Negozju tista' ssib it-tifsira ta' wħud mill-kliem użati f'dawn ir-Regoli Lokali.

1. L-entità ta' Snap

Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għandha l-post ewlieni tan-negozju ġewwa wieħed minn pajjiżi msemmija hawn taħt u qed tuża s-Servizzi tan-Negozju biex toħloq u biex tieħu ħsieb il-kontenut (fosthom ir-riklami u l-katalgi), għall-pagamenti, għall-programm ta' udjenza minn lista ta’ klijenti ta' Snap jew għall-programm ta' konverżjoni ta' Snap, anki jekk dik l-entità tkun qed taħdem bħala aġent għal entità oħra bbażata xi mkien ieħor, b'rabta mar-Regoli għar-Riklami Maħluqa Minnek, ir-Regoli tal-Pagamenti, ir-Regoli tal-Katalgi, ir-Regoli għas-Servizzi Kreattivi ta' Snap, ir-Regoli għal Udjenza Minn Lista ta’ Klijenti, ir-Regoli ta' Konverżjoni ta' Snap, ir-Regoli għad-Dejta Personali, il-Ftehim dwar l-Ipproċessar tad-Dejta, il-Klawżoli Standard tal-Ftehim u r-Regoli għas-Servizzi tan-Negozju, “Snap” tfisser l-entità msemmija hawn taħt:

Pajjiż

Entità ta' Snap

L-Awstralja

Snap Aus Pty Ltd

L-Awstrija

Snap Camera GmbH

Il-Kanada

Snap ULC

Franza

Snap Group SAS

Il-Ġermanja

Snap Camera GmbH

L-Indja

Snap Camera India Private Limited bl-indirizz rreġistrat f'Diamond Centre, Unit No 26, ħdejn Vardham Industrial Estate Vikhroli (West), Mumbai, Maharashtra l-Indja 400083

Hong Kong, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Malasja, il-Pakistan, il-Filippini, Singapore, il-Korea t'Isfel

Snap Group Limited Singapore Branch

New Zealand

Snap Aus Pty Ltd

l-Iżvizzera

Snap Camera GmbH

2. Iċ-Ċina

Jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għandha l-post prinċipali tan-negozju bbażat ġewwa ċ-Ċina u qed tuża s-Servizzi tan-Negozju għall-ħlasijiet, għal raġunijiet tar- Regoli tal-Ħlas, dawn ir-regoli addizzjonali li jmiss japplikaw:

  • Skont ma hu spjegat hawn taħt, it-Tariffi jeskludu l-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali u Żidiet fil-Prezzijiet Lokali. Int għandek tħallas u tirrapporta l-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali u ż-Żidiet fil-Prezzijiet Lokali lill-awtorità tat-taxxa Ċiniża x-xierqa f'isem Snap. Fuq talba ta' Snap, int għandek immedjatament tipprovdi lil Snap provi li l-ħlas maħruġa mill-awtorità tat-taxxa x-xierqa Ċiniża sar, inkluż provi tal-ammont tad-dħul li obbligat/a tħallas it-taxxa fuqu, l-ammont tal-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali, u l-ammont taż-Żidiet fil-Prezzijiet Lokali relatati mat-Tariffi.

  • M'intiex se żżomm kwalunkwe VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali jew Żidiet fil-Prezzijiet Lokali mit-Tariffi stabbiliti fil-fattura applikabbli. Jekk int jew ir-Reklamatur meħtieġa tħallsu kwalunkwe VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali jew Żidiet fil-Prezzijiet Lokali billi żżommu jew tnaqqsu minn dawn it-tali' ammonti mit-Tariffi, intom tridu tħallsu lil Snap kull ammont addizzjonali meħtieġ biex Snap tirċievi l-ammont sħiħ ekwivalenti għat-Tariffi stabbilti fil-fattura applikabbli.

  • Għal raġunijiet ta' dawn ir-Regoli tal-Ħlas: (a) “VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali” tfisser il-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud (inkluż kwalunkwe multi u żidiet fil-prezz f'każ fejn il-ħlas ma sarx fil-ħin) imposti taħt il-Liġi Applikabbli ġewwa ċ-Ċina; u (b) “Żidiet fil-Prezzijiet Lokali” tfisser kwalunkwe taxxi, dwana, jew żieda fil-prezz pagabbli li tinħadem fuq l-ammont tal-VAT / taxxa fuq il-valur miżjud Lokali, nkluż it-Taxxa għal-Preservazzjoni tal-Belt u tal-Kostruzzjoni, iż-Żieda fil-Prezz għall-Edukazzjoni, iż-Żieda fil-Prezz għall-Edukazzjoni Lokali u kull multa u żidiet fil-prezz f'każ fejn il-ħlas ma sarx fil-ħin

3. Franza

Għar-raġunijiet tar- Regoli tal-Ħlas, ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw flimkien ma' dawk it-termini stabbiliti fit-Taqsima numru 1 jekk l-entità li qed tuża s-Servizzi għan-Negozju għandha l-post prinċipali tan-negozju bbażat ġewwa Franza:

  • Fil-każ fejn il-ħlas ma jsirx fil-ħin, piena / sanzjoni tliet darbiet ogħla mir-rata tal-imgħax uffiċjali ta' Franza tiġi applikata għal perjodu minn dik id-data li fiha kellu jsir il-ħlas; ħlas li ma jkunx sar fil-ħin ukoll jagħti d-dritt lil Snap li somma ta' €40 titħallas bħala kumpens fiss għat-tariffi li Snap tkun għamlet biex tikkumpensa il-ħlas tiegħek.

Fil-qosor: l-entità ta' Snap li qed tidħol fi ftehim b'rabta legali magħha għad-dispożizzjoni tal-portal tas-Servizzi għan-Negozju hi ddeterminata skont il-lokalità fejn il-post prinċipali tan-negozju tiegħek huwa bbażat kif spjegat f'dawn ir-Regoli Lokali.