Business Services Terms

Fis-seħħ minn: 25 ta’ Lulju 2023

NOTIFIKA / AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INT MARBUT(A) BID-DISPOŻIZZJONI TAL- ARBITRAĠĠ STIPULATA AKTAR TARD F'DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI. JEKK QED TAGĦMEL KUNTRATT MA' SNAP INC., INT U SNAP INC. TIRRINUNZJAW KWALUNKWE DRITT LI TIPPARTEĊIPAW F'XI AZZJONI TA' KAWŻA LEGALI KOLLETTIVA JEW ARBITRAĠĠ KOLLETTIV.

Introduzzjoni

Dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jiffurmaw kuntratt legalment vinkolanti bejn Snap u l-individwu li qed jaqbel ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali u kwalunkwe entità li f'isimha dak l-individwu qed jaġixxi ("int") u jirregolaw l-użu tal-prodotti u s-servizzi kummerċjali ta' Snap ("Servizzi Kummerċjali"). Dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jinkorporaw b'referenza t- Termini tas-Servizz ta' Snap u t-Termini u l-Politiki Supplimentari. Is-Servizzi Kummerċjali huma "Servizzi" kif definiti fit- Termini tas-Servizz ta' Snap.

1. Entità Kontraenti: Kontijiet

a. L-entità ta' Snap li tidħol f'kuntratt magħha hija dipendenti fuq il-post fejn toqgħod int (għal individwu) jew fejn jinsab il-post tan-negozju prinċipali tal-entità tiegħek. Għal individwu li juża s-Servizzi Kummerċjali fil-kapaċità personali tiegħu jew tagħha, "Snap" tfisser Snap Inc. jekk l-individu jgħix fl-Istati Uniti u Snap Group Limited jekk l-individwu jgħix barra mill-Istati Uniti. Jekk l-individu li qed juża s-Servizzi Kummerċjali f'isem entità, "Snap" tfisser Snap Inv. jekk il-post tan-negozju prinċipali tal-entità jinsab fl-Istati Uniti u Snap Group Limited jekk il-post tan-negozju prinċipali ta' dik l-entità huwa barra mill-Istati Uniti, f'kull każ, anke jekk dik l-entità qed taġixxi bħala aġent għal entità oħra xi mkien ieħor. Madankollu, it-Temini Lokali jispeċifikaw entità different abbażi tas-Servizzi Kummerċjali speċifiċi li qed tuża, għaldaqstant "Snap" tfisser l-entità speċifikata fit-Termini Lokali.

b. Tista' tintalab toħloq u tmantni kont u kontijiet sekondarji biex tuża s-Servizzi Kummerċjali. Int responsabbli biex tistabbilixxi u tirrevoka l-livelli tal-aċċess għall-kontijiet tiegħek, biex tipprovdi u taġġorna kwalunkwe informazzjoni li Snap titlob b'mod raġonevoli, inklużi indirizzi elettroniċi aġġornati għal kull membru tal-kontijiet tiegħek, u għall-attività kollha li sseħħ fil-kontijiet tiegħek. Jekk int ġejt awtorizzat(a) aċċess għal kont ta' parti terza, int trid tikkonforma ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali fejn int taċċessa dak il-kont tal-parti.

Fil-qosor: L-entità ta' Snap li qed tidħol f'kuntratt magħha ser tiddependi fuq il-post tan-negozju prinċipali tiegħek. Int responsabbli biex iżżomm id-dettalji tal-kont tas-Servizzi Kummerċjali tiegħek aġġornati u għal kwalunkwe attività li sseħħ fil-kontijiet tiegħek.

2. Restrizzjonijiet

a. Flimkien mar-restrizzjonijiet taħt it- Termini tas-Servizz ta' Snap, int m'intix, u lanqas m'int ser tawtorizza, tħeġġeġ, jew tippermetti lil kwalunkwe parti oħra biex: (i) tuża jew tikkombina s-Servizzi ma' software offrut taħt liċenzja b'sors miftuħ li toħloq obbligi fir-rigward tas-Servizzi li huma kuntrarji għal dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, jew li jippretendu li jagħtu lil kwalunkwe parti terza kwalunkwe dritt għal, jew immunità taħt, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jew drittijiet proprjetarji ta' Snap fis-Servizzi; (ii) tiġbor, taċċessa, jew inkella tipproċessa kwalunkwe data personali permezz tas-Servizzi għal kwalunkwe skop mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub ta' Snap; (iii) tittrażmetti kwalunkwe "backdoor," "bomba tal-ħin," "Trojan Horse," "worm," "apparat drop dead," "virus," "spyware," jew 'malware," jew kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew rutina tas-software, li jippermettu l-aċċess mhux awtorizzat għall-użu tas-Servizzi, jew jiddiżattivahom, jikkawżaw danni, iħassru, jisfrattaw, jew ixekklu t-tħaddim normali tas-Servizzi, jew kwalunkwe prodott jew servizz ipprovdut minn parti terza b'rabta mas-Servizzi; jew (iv) tbigħ, terġa' tbigħ, tikri, tittrasferixxi, tilliċenzja, tagħti b'subliċenzja, tissindika, issellef, jew tipprovdi aċċess għas-Servizzi (għajr lil individwi li int tawtorizza biex jaċċessaw u jużaw il-kontijiet tiegħek), mingħajr l-approvazzjoni espressa minn qabel bil-miktub ta' Snap. Għall-finijiet ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, "data personali," "suġġett tad-data," "ipproċessar," "kontrollur," u "proċessur" għandhom it-tifsiriet mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - "GDPR"), irrispettivament tal-lokalizzazzjoni tas-suġġett tad-data, il-kontrollur, il-proċessur, jew l-ipproċessar.

b. Barra dan, u għajr kif permess mod ieħor f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, inkluż, għal kjarifika, fi kwalunkwe Terminu u Politika Supplimentari, int m'intix, u m'intix ser tawtorizza, tħeġġeġ, jew tippermetti lil kwalunkwe parti oħra biex: (i) toħloq kompilazzjonijiet jew kombinamenti tad-Data tas-Servizzi Kummerċjali; (ii) tħallat id-Data tas-Servizzi Kummerċjali ma' data oħra jew fl-attività l-oħra tiegħek fuq pjattaformi għajr mis-Servizzi; (iii) tippubblika d-Data tas-Servizzi Kummerċjali jew tiżvela, tbigħ, tikri, tittrasferixxi, jew tipprovdi aċċess lid-Data tas-Servizzi Kummerċjali lil kwalunkwe affiljata, parti terza, network tar-reklami, skambju tar-reklami, aġent tar-reklamar, jew servizz tar-reklamar ieħor; (iv) tassoċja d-Data tas-Servizzi Kummerċjali ma' kwalunkwe persuna jew utent identifikabbli; (v) tuża d-Data tas-Servizzi Kummerċjali għall-involviment mill-ġdid jew l-immirar mill-ġdid ta' utent, jew biex tibni, toħloq, tiżviluppa, tawmenta, tissupplimenta, jew tassisti fil-bini, il-ħolqien, l-iżvilupp, l-awmentar, jew is-supplimentar ta' kwalunkwe segment, profil, jew rekord simili dwar kwalunkwe utent, apparat, unità domestika, jew brawżer; (vi) tneħħi l-aggregazzjoni jew tiddianonimizza, jew tipprova tneħħi l-aggregazzjoni jew tiddianonimizza, id-Data tas-Servizzi Kummerċjali; jew (vii) tiġbor, iżżomm, jew tuża d-Data tas-Servizzi Kummerċjali għajr kif espressament permess taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, inkluż, għal kjarifika, kwalunkwe Terminu jew Politika Supplimentari. Għall-finijiet ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, "Data tas-Servizzi Kummerċjali" tfisser kwalunkwe data jew kontenut li jinġabar minnek jew inkella magħmul disponibbli għalik relatat mal-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali, inkluż kwalunkwe data jew kontenut idderivat minn dik id-data. 

c. Jekk tuża Snapcode, b'dan l-użu tiegħek ta' kull Snapcode, u l-kontenut kollu li jinfetaħ permezz ta' Snapcode, irid ikun konformi mal- Linji Gwida għall-Użu tal-Marka u Linji Gwida għall-Użu tal-Isnapcodes. Il-kontenut kollu li jinfetaħ permezz ta' Snapcode jrid ikun xieraq għal persuni li għandhom aktar minn 13-il sena. Snap tista', fid-diskrezzjoni unika tagħha u għal kwalunkwe raġuni, fi kwalunkwe ħin tiddiżattiva jew tidderieġi Snapcode mill-ġdid u tista' tapplika tikketta jew żvelar meta jinfetaħ kontenut biex tavża lill-utenti li Snapcode u l-kontenut huwa attribwibbli lilek. Snap u l-affiljati tagħha jistgħu jużaw Snapcode u kontenut miftuħ permezz ta' Snapcode għal reklamar, kummerċjalizzazzjoni, u skopijiet promozzjonali. Għall-finijiet ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, "Snapcode" tfisser kodiċi li jista' jiġi skennjat li Snap jew l-affiljati tagħha jipprovdulek li utenti jistgħu jiskennjaw biex jaċċessaw kontenut. 

d. Jekk tuża Snapcode, reklam, jew kwalunkwe kontenut, data jew informazzjoni oħra relatata mal-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali bħala parti minn premjijiet fuq imħatri, kompetizzjoni, offerta, jew promozzjoni oħra inklużi dawk iġġenerati jew magħmula disponibbli permezz tas-Servizzi ("Promozzjoni"), int responsabbli unikament għall-konformità mal-Liġi Applikabbli kull fejn tiġi offruta l-Promozzjoni tiegħek, kif ukoll mar- Regoli dwar il-Promozzjonijiet ta' Snap. Sakemm mhux espressament miftiehem mod ieħor bil-miktub minn Snap, Snap mhux se tkun sponser jew amministratur tal-Promozzjoni tiegħek. Għall-finijiet ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, "Liġi Applikabbli" tfisser il-liġijiet, l-istatuti, l-ordinanzi, ir-regoli, ir-regoli tal-ordni pubblika, il-kodiċijiet industrijali, u r-regolamenti applikabbli.

Fil-qosor: Biex tiżgura li s-Servizzi tagħna u utenti oħrajn huma protetti minn ħsara, hemm regoli li neħtieġuk issegwi. Int trid taderixxi ma' ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tad-data li tiġbor jew li aħna nagħmlu disponibbli lilek relatata mal-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali. Jekk tuża Snapcode, regoli addizzjonali japplikaw.

3. Rappreżentazzjonijiet u Garanziji

a. Konformità. Int tirrappreżenta u tiggarantixxi li int, kwalunkwe individwu b'aċċess għall-kontijiet tieħgek, u kwalunkwe entità li tippossjedi, tikkontrolla jew hija affiljata miegħek xort'oħra: (i) se tikkonformaw mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kollha dwar kontroll ta' esportazzjonijiet, sanzjonijiet ekonomiċi u dawk kontra l-bojkotts tal-Istati Uniti u pajjiżi oħrajn; (ii) m'intomx inklużi fuq kwalunkwe mil-listi ta' partijiet ristretti, jew tappartjenu jew intom ikkontrollati minn xi ħadd minn dawn, mantnuti minn kwalunkwe awtorità tal-gvern rilevanti, inkluża l-Lista ta' Ċittadini Speċifikati Speċifikament u Persuni Mblokkati Oħra tal-Istati Uniti (United States Specially Designated Nationals List and Other Blocked Persons), il-listi tas-Sanzjonijiet ta' Nonproliferazzjoni tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti (United States State Department’s Nonproliferation Sanctions), il-List tal-Entitajiet tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (United States Commerce Department’s Entity List), jew il-Lista ta' Persuni Miċħuda (Denied Persons List) (“Listi ta' Partijiet Ristretti”); (iii) m'intomx ser tidħlu f'negozju ma' jew tipprovdu oġġetti jew servizzi, direttament jew indirettament, lil xi ħadd fuq il-Listi ta' Partijiet Ristretti jew lil kwalunkwe pajjiż jew territorju suġġett għal sanzjonijiet komprensivi tal-Istati Uniti; u (iv) m'intomx suġġetti għal regolamenti ta' kontroll ta' esportazzjonijiet fid-destinazzjoni aħħarija, inklużi r-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Esportazzjoni tal-Istati Uniti (United States Export Administration Regulations).

b. Ġenerali. Barra minn dan, int tirrappreżenta u tiggarantixxi li: (i) int għandek is-setgħa sħiħa u d-drittijiet li twettaq l-obbligi tiegħek taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali; (ii) int ser tikkonforma mal-Liġi Applikabbli u ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, inkluż, għal kjarifika, kwalunkwe Terminu u Politika Supplimentari applikabbli meta tuża s-Servizzi Kummerċjali; (iii) int entità eżistenti b'mod validu u tinsab f'pożizzjoni tajba taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni tiegħek dwar l-inkorporazzjoni jew l-organizzazzjoni; (iv) l-informazzjoni kollha pprovduta minnek permezz tas-Servizzi Kummerċjali hija kompleta u eżatta fl-aspetti materjali kollha; (v) il-kontenut kollu li tapprova jew tagħmel disponibbli permezz tas-Servizzi Kummerċjali huwa konformi ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali u l-Liġi Applikabbli, ma jiksirx jew jimmiżapproprja kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali, u għandek il-liċenzji, id-drittijiet, il-permessi, u l-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa (inklużi minn kwalunkwe parti terza) biex tuża, u għal Snap u l-affiljati tagħha biex jużaw, dak il-kontenut, u biex tagħti lil Snap u lill-affiljati tagħha l-liċenzji kollha deskritti f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, inkluż, għal kjarifika, kwalunkwe Terminu u Politika Supplimentari; (vi) int responabbli biex tinkludi kwalunkwe żvelar meħtieġ legalment fil-kontenut li tapprova jew tagħmel disponibbli permezz tas-Servizzi Kummerċjali; u (vii) jekk il-kontenut li tagħmel disponibbli permezz tas-Servizzi Kummerċjali jinkludi rekordings jew kompożizzjonijiet ta' ħsejjes mużikali, b'dan int tkun ksibt id-drittijiet, il-liċenzji, u l-permessi kollha meħtieġa u tkun ħallast il-miżati kollha meħtieġa, għal dawk ir-rekordings jew il-kompożizzjonijiet ta' ħsejjes mużikali biex jerġgħu jindaqqu, jiġu sinkronizzati, u eżegwiti pubblikament fuq is-Servizzi u f'kull post ieħor fejn is-Servizzi jistgħu jkunu aċċessibbli.

c. Aġenzija. Jekk qed tuża s-Servizzi Kummerċjali bħala aġent għal individwu jew entità oħra, b'dan int tirrappreżenta u tiggarantixxi li: (i) int awtorizzat biex, u b'dan, torbot lil dak l-individwu jew lil dik l-entità ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali; u (ii) l-azzjonijiet kollha tiegħek relatati ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali huma u ser ikunu fl-ambitu tar-relazzjoni ta' Aġenzija bejnek u dak l-individwu jew dik l-entità, u skont id-doveri legali u fiduċjarji applikabbli kollha. Jekk qed tuża s-Servizzi Kummerċjali bħala prinċipal b'konnessjoni mas-servizzi li tipprovdi lil individwu jew entità oħra, b'dan int tirrappreżenta u tiggarantixxi li int ser tiżgura li tali individwu jew entità ser jikkonformaw ma', u int ser tibqa' primarjament responsabbli għal, kwalunkwe obbligi attribwiti lil dak l-individwu jew dik l-entità taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali.

Fil-qosor: Int twiegħed li tikkonforma mar-regoli dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet u s-sanzjonijiet. Int twiegħed ukoll li ser tissodisfa l-istandards meħtieġa f'dawn it-termini, inkluż li tikkonforma mal-liġi u li ma tiksirx kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali ta' parti terza. Rekwiżiti separati jistgħu japplikaw fejn int qed tuża s-servizzi f'isem parti terza jew bħala fornitur tagħha.

4. Indennizz

Flimkien mal-obbligi għal indennizz taħt it-Termini tas-Servizz ta' Snap, int taqbel, sal-punt permess mil-Liġi Applikabbli, biex tindennizza, tiddefendi u tirrinunzja r-responsabbiltà ta' Snap, l-affiljati tagħha, id-diretturi, l-uffiċjali, l-azzjonisti, l-impjegati, il-liċenzjaturi, u l-aġenti minn u kontra kwalunke lment, akkuża, pretensjoni, danni, telf, kostijiet, penalitajiet, obbligi u spejjeż kollha (inklużi miżati raġonevoli tal-avukati) ikkawżati minn, b'riżultat ta', jew b'relazzjoni fi kwalunkwe mod ma': (a) il-ksur attwali jew allegat tiegħek ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali; (b) l-użu tiegħek ta' kwalunkwe prodott jew servizz ipprovdut minn parti terza b'rabta mas-Servizzi Kummerċjali, anke jekk rakkommandat, magħmul disponibbli, jew approvat minn Snap; u (c) l-azzjonijiet relatati mas-Servizzi Kummerċjali ta' kull individwu b'aċċess għall-kontijiet tiegħek.

Snap ser tavżak minnufih bil-miktub dwar kwalunkwe pretensjoni ta' indennizz, iżda kwalunkwe nuqqas li tavżak mhux ser jeħilsek minn kwalunkwe responsabbiltà jew obbligu ta' indennizz li jista' jkollok, ħlief sal-punt li int tkun materjalment ippreġudikat b'dak in-nuqqas. Snap ser tikkoopera miegħek b'mod raġonevoli, bi spejjeż għalik, b'rabta mad-difiża, il-kompromess, jew ir-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni ta' indennizz. Int mhux ser tikkomprometti jew ssolvi xi pretensjoni fi kwalunkwe mod, u lanqas ma tagħmel xi ammissjoni ta' responsabbiltà, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta' Snap, li Snap tista' tipprovdi fid-diskrezzjoni unika tagħha. Snap tista' tieħu sehem (bi spejjeż għaliha) fid-difiża, il-kompromess, u r-riżoluzzjoni tal-pretensjoni bl-avukat tal-għażla tagħha.

Fil-qosor: Jekk tikkawżalna xi ħsara, int ser tagħtina kumpens.

5. Terminazzjoni

Int tista' ttemm dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali billi tħassar il-kont(ijiet) tiegħek, iżda dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jibqgħu fis-seħħ sakemm jintemm l-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali. Snap tista' ttemm dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, u timmodifika, tissospendi, ittemm l-aċċess għal, jew ma tkomplix id-disponibbiltà ta' kwalunkwe Servizz Kummerċjali, fi kwalunkwe ħin fid-diskrezzjoni tagħha stess mingħajr notifika / avviż għalik. Id-drittijiet u l-obbligi kontinwi kollha taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali ser ikomplu wara t-terminazzjoni ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali.

Fil-qosor: Int tista' ttemm billi tħassar il-kont tiegħek u ttemm l-użu tas-servizzi. Aħna nistgħu ntemmu dan il-kuntratt u nimmodifikaw, nissospendu, intemmu l-aċċess tiegħek għal, jew ma nkomplux bid-disponibbiltà ta' kwalunkwe mis-Servizzi tagħna fi kwalunkwe ħin.

6. Liġi Applikabbli u Kwistjonijiet

Jekk qed tidħol f'kuntratt ma' kwalunkwe entità ta' Snap ħlief għal Snap Inc., japplika dan li ġej:

Dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali huma rregolati mid-dispożizzjoni tal- Għażla tal-Liġi u d-dispożizzjoni tal- Post Esklussiv tat- Termini tas-Servizz ta’ Snap Group Limited.

Jekk int entità, id-dispożizzjoni tal- Arbitraġġ tat- Termini tas-Servizz ta’ Snap Group Limited tapplika għall-użu tagħkom tas-Servizzi Kummerċjali.

Jekk qed tidħol f'kuntratt ma' Snap Inc., japplika dan li ġej:

Id-dispożizzjonijiet tal- Għażla tal-Liġi u tal- Post Esklussiv tat- Termini tas-Servizz ta' Snap Inc. japplikaw għal dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, kif ukoll għad-dispożizzjoni tal-Arbitraġġ fit-Taqsima 7 iktar 'l-isfel.

7. Arbitraġġ, Rinunzja tad-Dritt ta’ Azzjoni Kollettiva, u Rinunzja tad-Dritt għal Proċess b’Ġurija

ID-DISPOŻIZZJONI DWAR ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU F'DIN IT-TAQSIMA TAPPLIKA JEKK INT SER TIDĦOL F'KUNTRATT MA' SNAP INC. (JEKK SER TIDĦOL F'KUNTRATT MA' KWALUNKWE ENTITÀ OĦRA TA' SNAP, ARA d-dispożizzjoni dwar l- Arbitraġġ Termini tas-Servizz ta’ Snap Group Limited.)

a. Applikabbiltà tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ. F'din it-Taqsima numru sebgħa (il-"Ftehim ta’ Arbitraġġ"), Int u Snap taqblu li: (i) id-dispożizzjonijiet tal- Arbitraġġ tat- Termini tas-Servizz ta' Snap Inc. ma japplikawx għall-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali, u (ii) minflok, il-pretensjonijiet u t-tilwim kollu (jew jekk kuntratt, obbligu, jew xort'oħra), inklużi l-pretensjonijiet u l-kwistjonijiet statutorji kollha, li jirriżultaw minn jew huma relatati ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jew l-użu tas-Servizzi Kummerċjali li ma jistgħux jiġu solvuti f'qorti għat-talbiet żgħar ser jiġu solvuti minn arbitraġġ vinkolanti fuq bażi individwali kif stipulat f'din it-Taqsima numru sebgħa, ħlief li int u Snap m'intomx meħtieġa li tarbitraw l-ebda kwistjoni fejn xi parti tfittex rimedju ekwitabbli għall-użu illegali allegat ta' drittijiet tal-awturi, trademarks, ismijiet kummerċjali, logos, sigrieti kummerċjali, jew privattivi. Għal ċarezza: il-frażi "il-pretensjonijiet u t-tilwim kollha" tinkludi wkoll pretensjonijiet u tilwim li jinqalgħu bejnietna qabel id-data li tidħol fis-seħħ ta' dawn it-Termini. Barra dan, it-tilwim kollha jikkonċernaw jekk pretensjoni tistax tiġi solvuta b'arbitraġġ (inkluż tlwim dwar l-iskop, l-applikabbiltà, l-infurzabbiltà, ir-revokabbiltà, jew il-validità tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ) tiġi deċiża mill-arbitru, għajr kif stipulat espliċitament hawn taħt.

b. Regoli tal-Arbitraġġ. L-Att Federali dwar l-Arbitraġġ (Federal Arbitration Act), inklużi d-dispożizzjonijiet proċedurali tiegħu, jirregolaw l-interpretazzjoni u l-infurzar ta' din id-dispożizzjoni għas-soluzzjoni ta' timwim, u mhux il-liġi tal-istat. L-arbitraġġ jitmexxa minn ADR Services, Inc. (“ADR Services”) (https://www.adrservices.com/). Jekk ADR Services mhix disponibbli biex tarbitra, il-partijiet jagħżlu tribunal għat-tilwim alternattiv, u jekk ma jistgħu jaqblu, jitolbu l-qorti biex jaħtar arbitru skont 9 U.S.C. § 5. Ir-regoli tat-tribunal għat-tilwim jirregolaw l-aspetti kollha ta' dan l-arbitraġġ, għajr sal-punt li dawk ir-regoli ma jkunux f'kunflitt ma' dawn it-Termini. L-arbitraġġ jitmexxa minn arbitru newtrali wieħed. Kwalunkwe pretensjoni jew tilwima fejn l-ammont totali mfittex huwa inqas minn 10,000 dollari tista' tiġi solvuta permezz ta' arbitraġġ vinkolanti abbażi ta' nuqqas ta' preżenza, bl-għażla mill-parti li qed tfittex rimedju. Għal pretensjonijiet jew tilwim fejn l-ammont totali mfittex huwa 10,000 dollari jew aktar, id-dritt għal smigħ jiġi ddeterminat mir-regoli tal-forum tal-arbitraġġ. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti mogħtija mill-arbitru tista' tiddaħħal fi kwalunkwe qorti tal-ġurisdizzjoni kompetenti.

c. Regoli addizzjonali għal Arbitraġġ b'Nuqqas ta' Preżenza. Jekk jintgħażel arbitraġġ b'nuqqas ta' preżenza, l-arbitraġġ jitmexxa bit-telefown, online, b'sottomissjonijiet bil-miktub, jew kwalunkwe kombinament ta' dawn it-tlieta; il-mod speċifiku jintgħażel mill-parti li tagħti bidu għall-arbitraġġ. L-arbitraġġ ma jinvolvi l-ebda preżenza personali mill-partijiet jew mix-xhieda sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor reċiprokament.

d. Miżati. ADR Services tistabbilixxi l-miżati għas-servizzi tagħha, li huma disponibbli fuq https://www.adrservices.com/rate-fee-schedule/. 

e. Awtorità tal-Arbitru. L-arbitru jiddeċiedi l-ġurisdizzjoni tal-arbitru u d-drittijiet u l-obbligi, jekk hemm, tiegħek u ta' Snap. It-tilwima ma tiġix konsolidata mal-ebda kwistjoni oħra jew magħquda ma' kawżi jew partijiet oħra. L-arbitru jkollu l-awtorità li jagħti mozzjonijiet li jiddisponu minn kwalunkwe pretensjoni jew tilwima sħiħa, jew parti minnha. L-arbitru jkollu l-awtorità li jieħu deċiżjoni favur danni monetarji u li jagħti kwalunkwe rimedju jew kumpens mhux monetarju disponibbli għal individwu taħt il-liġi, ir-regoli tal-forum tal-arbitraġġ, u t-Termini. L-arbitru joħroġ deċiżjoni u motivazzjoni bil-miktub li tiddeskrivi r-riżultati u l-konklużjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni, inkluż il-kalkolu tad-danni mogħtija. L-arbitru għandu l-istess awtorità biex jieħu deċiżjoni dwar rimedju fuq bażi individwali daqs li kieku imħallef f'qorti tal-liġi. Id-deċiżjoni tal-arbitru hija finali u vinkolanti għalik u għal Snap.

f. Rinunzja ta' Proċedura b'Ġuri. INT U SNAP TIRRINUNZJAW KWALUNKWE DRITT KOSTITUZZJONALI U STATUTORJU LI TITILGĦU L-QORTI U JKOLLKOM PROĊESS QUDDIEM IMĦALLEF JEW ĠURIJA. Minflok, int u Snap qed tagħżlu li l-pretensjonijiet u t-tilwim ikunu solvuti permezz ta' arbitraġġ. Il-proċeduri tal-arbitraġġ huma tipikament aktar limitati, aktar effiċjenti, u irħas mir-regoli applikabbli fil-qorti u huma suġġetti għal rieżami limitat ħafna minn qorti. Fi kwalunkwe litigazzjoni bejnek u Snap dwar jekk għandhiex titneħħa jew infurzata deċiżjoni ta' arbitraġġ, INT U SNAP TIRRINUNZJAW ID-DRITTIJIET KOLLHA GĦAL PROĊESS BIL-ĠURI, u minflok tagħżlu biex it-tilwima tiġi solvuta minn imħallef.

g. Rinunzja ta' Azzjonijiet Ikkonsolidati u Kollettivi. IL-PRETENSJONIJIET U T-TILWIM KOLLHA FIL-LIMITI TAL-ISKOP TA' DAN IL-FTEHIM TA’ ARBITRAĠĠ IRIDU JIĠU ARBITRATI JEW LITIGATI FUQ BAŻI INDIVIDWALI U MHUX FUQ BAŻI KOLLETTIVA. PRETENSJONIJIET TA' AKTAR MINN KLIJENT JEW UTENT WIEĦED MA JISTGĦUX JIĠU ARBITRATI JEW LITIGATI B'MOD KONĠUNT JEW IKKONSOLIDATI MA' DAWK TA' KLIJENT JEW UTENT IEĦOR. Irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni oħra f'dan il-Ftehim, il-Ftehim ta’ Arbitraġġ jew ir-Regoli ta' ADR Services, tilwim dwar l-interpretazzjoni, applikabbiltà, jew infurzabbiltà ta' din ir-rinunzja jistgħu jiġu solvuti biss minn qorti u mhux minn arbitru. Jekk din ir-rinunzja għal azzjoni kollettiva jew azzjonijiet ikkonsolidati titqies invalida jew mhux infurzabbli, la int u lanqas aħna m'aħna intitolati għal arbitraġġ; minflok il-pretensjonijiet u t-tilwim kollha jiġu solvuti f'qorti kif stipulat f'Taqsima numru sebgħa.

h. Dritt għal Rinunzja. Kwalunkwe dritt u limitazzjoni stipulati f'dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ jistgħu jiġu rinunzjati mill-parti kontra liema qed tiġi asserita l-pretensjoni. Tali rinunzja mhix ser tirrinunzja jew taffettwa kwalunkwe porzjon ieħor ta' dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ.

i. Irtirar li ma tiħux sehem. Int tista' tagħżel li tirtira minn dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ. Jekk tagħmel dan, la int u lanqas Snap ma tista' tisforza lill-parti l-oħra għall-arbitraġġ. Biex tirtira li ma tiħux sehem, int trid tavża lil Snap bil-miktub mhux aktar tard minn 30-il jum mill-punt inizjali meta sirt suġġett għal dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ. In-notifika / avviż tiegħek irid jinkludi l-isem u l-indirizz tiegħek, l-isem li tuża bħala utent fuq l-iSnapchat tiegħek u l-indirizz tal-email li użajt biex tikkonfigura l-kont ta’ Snapchat tiegħek (jekk għandek wieħed), u stqarrija inekwivoka li int tirtira li ma tiħux sehem f'dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ. Int trid tibgħat n-notifika / avviż tal-irtirar tiegħek bil-posta lil dan l-indirizz: Snap Inc., Attn: Arbitration Opt-out, 3000 31st Street, Santa Monica, CA 90405, jew tibgħat email bin-notifika / avviż tal-irtirar li ma tiħux sehem lil arbitration-opt-out @ snap.com.

j. Qorti għat-Talbiet Żgħar. Irrispettivament minn dak imsemmi hawn fuq, int jew Snap tistgħu tippreżentaw azzjoni individwali fil-qorti għat-talbiet żgħar.

k. Sopravivenza tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ. Dan il-Ftehim ta’ Arbitraġġ ser jissupera t-terminazzjoni tar-relazzjoni tiegħek ma' Snap.

8. Limitazzjoni tar-Responsabbiltà

INT TAQBEL LI Ċ-ĊAĦDIET U L-LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ FIT- TERMINI TAS-SERVIZZ TA' SNAP  JAPPLIKAW GĦALL-UŻU TIEGĦEK TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI, ĦLIEF LI FL-EBDA KAŻ M'HI R-RESPONSABBILTÀ AGGREGATA TA' SNAP U L-AFFILJATI TAGĦHA GĦALL-PRETENSJONIJIET KOLLHA RELATATI MAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI (IKKAWŻATI B'LIEMA MOD IKUN, SEW F'KUNTRATT, TORT, (INKLUŻ NEGLIĠENZA, KSUR TA' DMIR STATUTORJU, RESTITUZZJONI, RAPPREŻENTAZZJONI ĦAŻINA, JEW XORT'OĦRA) TAQBEŻ 500-IL DOLLARU U L-AMMONT LI INT ĦALLAST LIL SNAP GĦAL KWALUNKWE SERVIZZ KUMMERĊJALI TAĦT DAWN IT-TERMINI TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI FIT-12-IL XAHAR LI ĠEW QABEL ID-DATA TAL-ATTIVITÀ LI WASSLET GĦALL-PRETENSJONI.

L-użu tiegħek ta' prodotti jew servizzi pprovduti minn parti terza b'konnessjoni mas-Servizzi Kummerċjali huma ir-responsabbiltà tiegħek u huma suġġetti għat-termini tal-parti terza. Sal-punt permess bis-sħiħ mil-liġi, Snap mhix responsabbli għal kwalunkwe danni jew telf imġarrab minnek bħala riżultat tal-użu tiegħek ta' dawk il-prodotti jew servizzi.

Sakemm m'intix dieħel f'kuntratt ma' Snap Inc., l-ebda element f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali ma jeskludi jew b'xi mod jillimita responsabbiltà ta' parti għal frodi, mewt, jew korriment personali kkawżat min-negliġenza tagħha, jew kwalunkwe responsabbiltà oħra sal-punt li tali responsabbiltà ma tistgħax tkun eskluża jew limitata bħala kwistjoni tal-liġi.

Fil-qosor: Il-limitazzjonijiet tagħna dwar ir-responsabbiltà fit-Termini tas-Servizz japplikaw flimkien mal-limitu finanzjarju f'dawn it-termini. Aħna m'aħniex responsabbli għal telf ikkawżat minn partijiet terzi. Ma neskludux responsabbiltà għal ħwejjeġ li ma jistgħux ikunu esklużi bħala kwistjoni tal-liġi.

9. Avviżi

Avviżi taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jridu jkunu bil-miktub u mibgħuta: (a) jekk lil Snap, lil Snap Inc., 3000 31st Street, Santa Monica, California 90405; b'kopja lil legalnotices@snap.com jew Snap Inc., 3000 31st Street, Santa Monica, California 90405, Attn: General Counsel; u (b) jekk lilek, lill-indirizz tal-emai jew l-indirizz postali li pprovdejt permezz tas-Servizzi Kummerċjali, jew billi tippostja fuq is-Servizzi Kummerċjali. Avviżi jitqiesu li jkunu twasslu mal-kunsinna personali, mal-kunsinna jekk bil-posta, mat-trażmissjoni valida permezz tal-email, jew 24-il siegħa wara l-ħin minn meta n-notifika / avviż ikun ittella' fuq is-Servizz Kummerċjali.

10. Termini u Politiki Supplimentari

Int ser tikkonforma mal- Regoli tal-KomunitàPolitiki dwar ir-Reklamar, Politiki tan-Negozjanti, Linji Gwida Għall-Użu tal-MarkaRegoli dwar Promozzjonijiet, Linji Gwida għall-Użu tal-Isnapcodes, kwalunkwe speċifikazzjoni kreattiva u teknika stipulata minn Snap, u t-termini, il-linji gwida, u l-politiki l-oħrajn kollha ta' Snap li jirregolaw l-użu tiegħek tas-Servizzi Kummerċjali, inklużi dawk deskritti f'partijiet oħra f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali u dawk stipulati iktar 'l isfer jekk tuża s-Servizzi Kummerċjali għall-iskopijiet speċifikati f'dawk id-dokumenti ("Termini u Politiki Supplimentari”). 

Servizzi Kummerċjali oħrajn jistgħu jkunu rregolati wkoll b'Termini u Politiki Supplimentari, li jkunu disponibbli għalik meta int tagħżel li tuża dawk is-Servizzi Kummerċjali speċifiċi, u dawk it-Termini u l-Politiki Supplimentari huma inkorporati b'referenza f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali meta int taċċettahom.

Fil-qosor: Japplikaw termini u politiki ulterjuri u int teħtieġ taqrahom u tifhimhom flimkien ma' dawn it-termini.

11. Termini Mixxellanji

a. Dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali ma jistabbilixxu l-ebda aġenzija, kumpanija assoċjata jew negozju bi sħab bejnek u Snap.

b. Fi kwalunkwe azzjoni li toriġina minn jew li hija relatata ma' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jew is-Servizzi Kummerċjali, il-parti prevalenti ser jkun intitolat biex jirkupra l-miżati u l-ispejjeż legali raġonevoli tagħha.

c. Snap mhux se tkun meħtieġa biex taġixxi, jew tastjeni minn azzjoni, jekk tali azzjoni jew astensjoni tkun se tikser il-Liġi Applikabbli, inklużi l-liġijiet kontra l-bojkotts amministrati mid-Dipartiment tal-Kummerċ u t-Teżor tal-Istati Uniti.

d. Referenzi għal Taqsima jinkludu s-sottotaqsimiet kollha tagħha. It-Titoli tat-Taqsimiet huma għall-konvenjenza biss u mhux ser jaffettwaw kif inhuma interpretati dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali. Sakemm dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali ma jirreferux speċifikament għal "jiem tax-xogħol", ir-referenzi kollha għal "jiem" tfisser jiem kalendarji. Il-kliem "jinkludu", "jinkludi" u "inklużi" jfissru "inklużi mingħajr limitazzjoni."

e. Snap tista' taġġorna dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali fi kwalunkwe ħin. Int taqbel li Snap tista' tinnotifikak dwar kwalunkwe tali aġġornamenti permezz ta' email, billi tippubblika l-aġġornamenti fuq is-Servizzi, jew permezz ta' metodu ieħor li Snap tagħżel b'mod raġonevoli. Int taqbel li tkun regolat b'dawk l-aġġornamenti jekk taċċessa jew tuża s-Servizzi Kummerċjali wara li dawk l-aġġornamenti jidħlu fis-seħħ. Ħlief fejn mhux stipulat mod ieħor f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali jew sakemm mhux miftiehem espressament bil-miktub iffirmata minn Snap, l-ebda element li jkun hemm f'ordni ta' akkwist, ordni tal-inseriment, jew ftehim ieħor fi kwalunkwe mod mhu se jimmodifika, jissostitwixxi, jew iżid kwalunkwe terminu jew kundizzjoni addizzjonali f'dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali.

f. Jekk hemm kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, it-Termini tas-Servizz ta' Snap, jew it-Termini u l-Politiki Supplimentari applikabbli, l-ordni ta' prijorità ser tkun: it-Termini u l-Politiki Supplimentari applikabbli, dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, u t-Termini tas-Servizz ta' Snap.

g. Snap tista' tassenja dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi kollha taħt dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, lil kwalunkwe mill-affiljati tagħha.

h. Int u Snap tikkonfermaw li hija x-xewqa ta' kull parti li dawn it-Termini tas-Servozzi Kummerċjali, kif ukoll id-dokumenti relatati, inklużi l-avviżi kollha, jitfasslu fil-lingwa Ingliża biss. Les parties aux présentes confirment leur volonté que cette convention, de même que tous les documents, y compris tout avis, qui s’y rattachent, soient rédigés en langue anglaise.

i. Int tirrikonoxxi li Snap tista' tippreżenta dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali f'lingwa oħra minbarra barra bl-Ingliż għall-konvenjenza tiegħek, imma li int qed taqbel biss mal-verżjoni Ingliża ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali. Jekk hemm kunflitt jew inkonsistenza bejn dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa oħra, il-verżjoni Ingliża ta' dawn it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali tirregola.

Fil-qosor: Din it-taqsima tiddeskrivi r-relazzjoni tagħna miegħek, kif it-termini huma strutturati u miktuba, u kif it-termini jistgħu jiġu aġġornati jew ittrasferiti lejn fornitur tas-servizzi ieħor. Il-verżjoni bil-lingwa Ingliża ta' dawn it-termini ser jirregolaw jekk ikun hemm xi kunflitt jew inkonsistenza ma' kwalunkwe verżjoni b'lingwa oħra li tkun disponibbli.